OPEN DAY FL-ITS F’GĦAWDEX GĦAL STUDENTI ŻGĦAŻAGĦ
Għadd ta’ studenti li jattendu ċ-Ċentru għal Studji Ogħla Sir M.A. Refalo f’Għawdex attendew open Day bit-tema Għalfejn wieħed għandu jagħżel li jistudja l-ITS? li ttellgħet fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi fil-Qala.
Uffiċjali tal-ITS f’Għawdex tawhom informazzjoni dettaljata dwar il-korsijiet li joffri dan l-istitut u elenkaw ukoll l-għażla ta’ programmi li wieħed jista’ jagħżel. L-istudenti ġew mgħarrfa dwar il-benefiċċji tal-istudenti li jidħlu l-ITS fost l-oħrajn l-esperjenza li jieħdu fi stabbilimenti turistiċi skont l-ispeċjalizzazzjoni tagħhom, kif ukoll il-possibiltà li jiksbu esperjenzi oħra barra minn Malta. L-istudenti ġew mdawra mal-Istitut u b’hekk setgħu jaraw ukoll il-faċilitajiet li joffri.
Studenti Franċiżi li jattendu skola tal-marketing fir-reġjun ta’ Brittany kienu mistiedna għal din l-Open Day u b’hekk seta’ wkoll isir skambju ta’ ideat dwar il-gastronomija lokali u dik tar-reġjun tagħhom.
L-istudenti kollha attendew għal riċeviment żgħir, fejn l-ikel u x-xorb kien preparat u servut mill-istudenti tal-ITS li bħalissa qed jattendu korsijiet differenti fl-ITS f’Għawdex.
Stqarrijiet Oħra:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017