Left arrow Go Back

AKTAR NISA JAGĦMLU SUĊĊESS FIN-NEGOZJU TAGĦHOM

pr1268
Date Icon 05/06/2012

“Insellem lil dawk in-nisa kollha li għarfu jilqgħu l-inċentivi tal-Gvern biex jerġgħu jkunu attivi fid-dinja tax-xogħol; hu proprju permezz tagħhom li l-istatistika tal-qgħad ta’ pajjiżna hija fost l-inqas mill-pajjiżi kollha fl-Ewropa. Nixtieq insellem ukoll lil dawk in-nisa kollha li bħalkom kellhom il-ħila u il-kuraġġ jieħdu inizzjattivi li wasslu għat-tnedija ta’ intrapriżi u qed jagħmlu suċċess.” Dan qalu l-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur, Jason Azzopardi kmieni illum waqt żjara li għamel lill-Newark School ġewwa tas-Sliema.

Din l-iskola hija l-aħħar addizjoni għall-grupp ta’ erba’ kumpaniji li għandha s-Sinjura Rosanne Galea. Is-Sinjura Galea, hija imprenditriċi u direttriċi ta’ erba’ kumpaniji micro, Galea Insurance Brokers, Future Focus, Future Focus School of English u Newark School.

L-ewwel kumpanija li fetħet din l-imprenditriċi kienet fil-fatt Galea Insurance Brokers, kumpanija li toffri assigurazzjoni ta’ kull tip u li ġiet stabbilita fl-1991. Fis-sena 2000, is-sinjura Galea ħadet pass ikbar sabiex fetħet il-kumpanija Future Focus li toffri korsijiet u programmi ta’ tagħlim li jibdew minn ċertifikazzjoni bażika u li jibqgħu sejrin sa degrees offruti flimkien ma’ universitajiet u kulleġġi barranin. Fl-2007 imbagħad infetħet il-kumpanija Future Focus School of English, li hija skola li fiha jiġi mgħallem l-Ingliż f’kull livell.

Dawn l-erba’ kumpaniji flimkien illum iħaddmu 35 impjegat fuq bażi full-time u 6 fuq bażi part-time. Il-Ministru Azzopardi qal li wieħed ma jistax ma jammirax l-impenn ta’ din il-mara li daħlet fin-negozju meta kellha biss 25 sena u li sa tnax-il sena ilu kellha biss 4 ħaddiema fil-grupp. Huwa qal li mhuwiex faċli għall-mara li għandha familja u li hija wkoll atttiva fil-qasam soċjali li żżomm il-bilanċ bejn dawn is-sferi differenti tal-ħajja. Għalhekk in-nisa fin-negozju għandhom bżonn is-sapport tal-familji tagħhom, tal-ħbieb u kif ukoll tal-Gvern.

L-iskemi MicroInvest, Training Aid Framework u l-Employment Aid Programme huma kollha għodod fiskali li dan il-grupp ta’ kumpaniji għamel użu minnhom biex ikun jista’ jibqa jikber u jsaħħaħ il-pożizzjoni tiegħu fis-suq. Dawn l-iskemi jħallu l-flus fil-bwiet tan-negozji tagħna filwaqt li jinkuraġġixxu aktar impjieg u tkabbir.

Il-Ministru Azzopardi dar l-iskola Newark u sellem lit-tfal ċkejknin li qegħdin jitgħallmu fiha. F’kummenti li ta lill-media preżenti għamel aċċenn għal importanza tat-tagħlim fuq l-imprenditorja minn etajiet żgħar u qal li huwa għalhekk li l-Ministeru li huwa responsabbli hu minnu flimkien mal-Ministeru tal-Edukazzjoni sentejn ilhu niedew l-iskema Entrepreneurship through Education. Din l-iskema, li kienet ta’ suċċess kbir, ibbenfikaw minnha ħafna skejjel u kulleġġi bil-għan li jikreaw proġetti li bihom it-tfal jifhmu aħjar id-dinja tar-risku u l-opportunitajiet li jġib magħha n-negozju.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow