STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA, KONSULTAZZJONI PUBBLIKA U L-FAMILJA
Mhux veru dak li qal Dott Muscat li min jingħata l-energy voucher irid jinqeda fi kju differenti minn ħaddieħor.
Dak li qal Dott Muscat hu kompletament żbaljat. Għalhekk mhux veru li min jingħata l-energy voucher mill-Gvern jesponi ruħu quddiem ħaddieħor, kif ivvinta Dott Muscat.
It-30,000 familja li jgawdu minn tnaqqis fil-kont tal-elettriku u l-ilma permezz tal-energy voucher jinqdew bħal ħaddieħor. Dak li qal Dott Muscat juri kemm hu maqtugħ mill-fatti.
Dott Muscat bl-aktar mod żbaljat ikkritika l-għajnuna li tingħata permezz tal-energy voucher lill-familji li għandhom bżonn. Din l-għajnuna tingħata biex dawn il-familji ma jħossux l-effett taż-żieda fil-prezz internazzjonali taż-żejt. Minbarra din l-għajnuna, il-familji kollha li jikkonsmaw l-enerġija bil-għaqal jingħataw tnaqqis sa 25% fuq il-konsum tal-elettriku. Dan hu differenti minn dak li kien għamel il-Gvern Laburista meta għolla t-tariffi fuq kulħadd meta l-prezz kien fl-anqas livell, 12-il dollaru kull barmil.
Dott Muscat bl-aktar mod insensittiv qed jipprova jilgħab bl-emozzjonijiet ta' persuni vulnerabbli u l-ġenituri tagħhom. U anki hawn mhux qed jgħid il-verita'. Il-Gvern ilu mill-2002 joffri servizzi ta' djar residenzjali fil-komunita' għall-persuni b'diżabilita'. Dawn is-servizzi jingħataw fost l-oħrajn permezz tal-Aġenzija Sapport minn djar fil-Fgura, Hal Kirkop, l-Imtarfa, Wied il-Ghajn, Bormla u l-Mellieha. Il-Gvern issieħeb ukoll mal-għaqdiet mhux governattivi biex jingħata dan is-servizz residenzjali permezz ta' Dar Arka, Dar Pirotta u Dar il-Wens. Jgħin ukoll finanzjarjament it-tlitt residenzi ta' Dar Nazareth fiż-Żejtun. Permezz ta' dawn id-djar fil-komunita' il-persuni b'diżabilita' jgħixu lejl u nhar b'ħarsien sħiħ għal saħħithom. B'dawn id-djar il-ġenituri jtaffu mit-tħassib tagħhom dwar x'se jiġri minn uliedhom meta jiġu nieqsa huma.
Il-Gvern jgħin ukoll NGOs oħra li jagħtu servizzi lil persuni b’diżabilita’ bħal ma huma d-Dar tal-Provvidenza u Dar il-Kaptan.
Mhux veru dak li qal Dott Muscat li l-Gvern iddeċieda li jżid l-eta' tal-irtirar. Dott Muscat anki fuq din mhux jgħid il-verita'.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017