Left arrow Go Back

FESTIVAL TA’ FJURI U ARTI FI TRIQ BISAZZA, TAS-SLIEMA - 7, 8 U 9 TA’ ĠUNJU 2012 – 10AM-8PM

pr1254
Date Icon 02/06/2012

Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali (MRRA) flimkien mal-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema, ser jorganizza Festival ta’ Fjuri u Arti fi Triq Bisazza Tas-Sliema

It-tema prinċipali ta’ dan il-Festival hija l-fjuri u l-arti.  Bil-parteċipazzjoni ta’ nurseries lokali, matul dawn it-tlett ijiem Triq Bisazza ser tiġi trasformata fi ġnien kulurit u artistiku.  Filwaqt li ser iżejnu l-ambjent ta’ din iż-żona kummerċjali dawn il-kumpaniji ser ikunu qegħdin ukoll joffru l-prodotti u s-servizzi tagħom lil dawk preżenti. 

Wieħed se jsib ukoll varjetà kbira ta’ artiġjanat tradizzjonali Malti bħal bizzilla maħduma biċ-ċombini, twapet u gvieret tan-newl, qfief u għamara tal-qasab, xogħol ta’ filugran, fuħħar, ċeramika, l-arloġġ tal-lira, restawr fuq xogħol tal-injam, induratura u aktar. Hemm ukoll sezzjoni dedikata għall-arti tal-pittura u l-iskultura.  Dawn l-artiġġjana u artisti ser ikunu qed jagħtu esibizzjonijiet tal-kapaċitajiet tagħhom matul il-festival.

Fl-isfond ta’ dan kollu ser ikun hemm ukoll l-akkumpanjament tal-mużika.  Matul il-ġranet tal-attività diversi mużiċisti ser ikunu qed ipaxxu l-widna ta’ dawk li ser iżuru Triq Bisazza.  Ma jonqsux prodotti artiġġjanali agrikoli bħal għasel, żejt taż-żebbuġa,  ġbejniet, ħlewwiet, u nbid.

L-attivitajiet għall-familja kollha se jittellgħu bejn is-7 u d-9 ta’ Ġunju 2012, mill-10.00am sat-8.00pm kuljum.  Il-ħwienet ta’ dan iċ-ċentru kummerċjali se jkunu miftuħin ukoll il-Ħamis 7 ta’ Ġunju, matul il-ġurnata. Din hija attività oħra taħt il-kampanja Naturalment Malti li l-MRRA jorganizza sabiex iżżid l-għarfien dwar il-prodott agrikolu lokali.

pr1254.jpgpr1254.jpg

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow