GĦADDEJIN IX-XOGĦLIJIET FUQ WATER PARK F’BUĠIBBA – AKTAR PROĠETTI TA’ KWALITÀ
Illum il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, l-Onor. George Pullicino, żar ix-xogħlijiet li jinsabu għaddejjin fuq bini ta’ Water Park għat-tfal f’Buġibba.
Dan il-Park se jkun qed jikkonsisti fi 17-il water feature mifruxin fuq medda ta’ 800 metru kwadru ta’ art. It-tfal se jkunu jistgħu jibdew igawdu u jiddevertu f’din l-attrazzjoni l-ġdida li se tkun qed topera bejn Ġunju u l-aħħar ta’ Settembru mill-10.00am sas-7.00pm.
Il-water Park se jkun maqsum f’numru ta’ żoni għal tfal ta’ etajiet varji. Area minnhom hi ddedikata għal tfal ta’ età żgħira, li se tkun tikkonsisti f’water stream forma ta’ mushroom, u jets biex jiffurmaw arkata tal-ilma ħalli t-tfal jgħaddu minn taħtha. Tfal ta’ kull età se jgawdu minn park li joffri varjetà ta’ logħob bħal water loops, water umbrellas, parasols, bucket tower, palm spring u żewġ kanuni tal-ilma. Il-park se jkun maqsum f’partijiet ikkuluriti biex it-tfal ikunu jafu f’liema areas ikunu jistgħu jmorru abbażi tat-tul tagħhom.
L-ilma kollu li se jintuża fil-Park se jkun riċirkolat u se jinżamm f’reservoir taħt l-istess park b’kapaċità li jżomm mal-20 metru kubu ta’ ilma. Dan ifisser li l-ilma ħiereġ mill-bċejjeċ tal-logħob wara li jinġabar lura se jkun iffiltrat u sanitizzat bl-użu ta’ UV sterilisation kif ukoll bl-użu ta’ chlorine. Dan iċ-ċiklu dejjem jirrepeti ruħhu biex b’hekk l-ilma ma jkun qatt ta’ periklu għas-saħħa tat-tfal.
Dan il-park se jkun jiflaħ jieħu mal-50 tifel u tifla f’daqqa u se jkun qiegħed jiġi operat b’sistema fejn jidħlu gruppi ta’ tfal wara xulxin. Dan biex kulħadd jingħata l-opportunità li jilgħab f’dan il-park uniku. F’dan il-park li hu mibni f’forma ta’ dgħajsa se jkunu nstallati wkoll numru ta’ CCTV cameras u jikkonsisti wkoll f’locker room u servizzi sanitarji. Dan hu proġett li qed iseħħ b’investiment tal-Gvern ta’ €600,000.
Stqarrijiet Oħra:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017