Left arrow Mur Lura

JASAL FI TMIEMU L-PROĊESS TA’ KONSULTAZZJONI DWAR IL-POLITIKA NAZZJONALI TAT-TFAL

pr1248
Date Icon 01/06/2012

Jintemm b’suċċess il-proċess ta’ konsultazzjoni dwar il-Politika Nazzjonali tat-Tfal hekk kif f’dawn l-aħħar ġimgħat saru numru ta’ laqgħat ma’ entitajiet differenti flimkien ma’ oħrajn li kienu miftuħa għall-pubbliku. F’bosta minn dawn il-laqgħat it-tfal preżenti kienu l-protagonisti tad-diskussjoni fejn wasslu messaġġi qawwija dwar dak li jixtiequ li jkun inkluż f’din il-Politika.

Ġie nnotat b’sodisfazzjon kbir li f’kull età, dawk preżenti setgħu jifhmu u jwieġbu għat-temi differenti li ġew trattati. Twasslu wkoll diversi xewqat li għandhom għall-prezent tagħhom fosthom ta’ ħinijiet itwal għal rikreazzjoni kif ukoll iktar ħin mal-ġenituri u dawk qrib tagħhom. Ġiet innottata l-importanza ta’ ambjent tajjeb u stabbli fejn jiltaqgħu, konsiderazzjoni għall-ħtiġijiet ta’ tfal bi bżonnijiet speċjali u dawk vulnerabbli, flimkien mal-importanza tal-volontorjat minn età żgħira. It-tfal ġew mistiedna jagħtu l-opinjonijiet tagħhom fuq d-drittijiet u d-dmirijiet tagħhom, il-kuntentizza, u l-protezzjoni tagħhom. Sar aċċenn ukoll għal iktar parteċipazzjoni, l-inklużjoni ta’ kulħadd, l-importanza li tkun kreattiv u li jkollok l-opportunità li tiddiverti.  Dawn it-temi jsegwu ħsieb integrat u ħolistiku, u flimkien jgħinu sabiex jiġu implimentati programmi u azzjonijiet iffokati lejn il-ġid tat-tfal.

Il-Ministru tal-Ġustizzja, il-Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja Chris Said, fl-aħħar laqgħa li saret fil-Mużew Marittimu l-Birgu, wera l-apprezzament tiegħu għall-ideat espressi u li se jkunu qed jiġu analizzati fil-ġranet li ġejjin sabiex jiġi finalizzat dan l-abbozz. Radd ħajr lil kull min b’xi mod pparteċipa u wassal r-rakkomandazzjonijiet waqt li talab ghal sforz interdixxiplinarju sabiex jintlaħaq l-iżvilupp sostennibli mixtieq iffukkat fuq it-tfal u l-familji.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow