STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL
pr1247
01/06/2012
Minn investigazzjoni interna li saret mid-Diviżjoni tas-Servizzi ta’ Appoġġ tal-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, id-Dipartiment tat-Teżor u l-Internal Audit and Investigations Department kien hemm suspetti ta’ irregolarità minn impjegat tad-Dipartiment li kien responsabbli biex jirċievi ħlasijiet minn studenti barranin li jattendu fi skejjel tal-Gvern.
Id-Dipartimenti kkonċernati ħassew li l-każ kellu jgħaddi f’idejn il-pulizija biex ikompli ikun investigat u fil-fatt, impjegat tad-Diviżjoni tas-Servizzi ta’ Appoġġ, illum tressaq il-Qorti b’konnessjoni mal-każ.
Stqarrijiet Oħra:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017