Left arrow Mur Lura

IPPREŻENTATA L-ISTRATEĠIJA NAZZJONALI TAL-ADATTAMENT GĦALL-BIDLA FIL-KLIMA

pr1237
Date Icon 31/05/2012

Illum il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino ppreżenta l-istrateġija Nazzjonali tal-addattament għall-bidla fil-klima. Din l-istrateġija tkompli tibni fuq dik li tfasslet fl-2009 fuq il-mitigazzjoni tal-emissjoniiet tal-gassijiet serra.

Din l-istrategija li hija riżultat ta’ konsultazjoni ma’ diversi setturi u mal-pubbliku inġenerali, tippreżenta 72 rakkomandazzjoni. Din l-istrateġija hija pubblika u tista’ tinkiseb minn fuq is-sit elettroniku: www.climatechange.gov.mt.

Waqt il-preżentazzjoni l-Ministru Pullicino saħaq li din l-istrategija hija essenzjali biex pajjiżna jadatta għall-effetti iktar frekwenti u drastiċi tal-bidla fil-klima. Dawn il-bidliet ġa qed iseħħu llum u se jibqgħu jseħħu minkejja l-isforsi kollha li pajjiżna u l-Komunità internazzjonali qed tagħmel biex tnaqqas l-emissjonijiet. Il-Ministru Pullicino saħaq ukoll fuq l-importanza li nirrikonnoxxu li l-adattament għall-bidla fil-klima hi importanti daqs il-mitigazzjoni u huma wkoll marbutin ma’ xulxin.

L-istrateġija tiffoka fuq dawk is-setturi tal-ekonomija u l-oqsma tal-pajjiz li l-aktar huma affetwati mill-bidla fil-klima u li għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex inaqssu l-impatt negattiv u jkunu iktar ippreparati.  Dawn l-oqsma jinkludu, l-ilma, l-agrikoltura, is-saħħa u t-turiżmu.

Il-Ministru Pullicino rringrazzja lill-kumitat t’esperti mmexxi mis-Sur David Spiteri Gingell  għas-sehem tagħhom biex fasslu r-rapport tar-rakkomandazzjonijiet lill-Gvern, kif ukoll lil dawk li taw il-kontribut tagħhom fil-proċess ta’ konsultazzjoni. Il-kumitat kien jinkludi wkoll lill-Professur Charles Sammut, National Project Manager, 2nd National Communication to the UNFCCC u Dean tal-Fakultà tax-Xjenża, Università ta’ Malta; Dr George Attard, Direttur, Istitut tal-Agrikoltura, Università ta’ Malta; l-Inginier Paul Micallef, Maniġer Riżorsi u Żvilupp, Korporazzjoni għas-Serviżżi tal-Ilma; Dr Roberto Debono, Riċerkatur fuq it-tibdil fil-klima u s-saħħa; L-Inġinier Marco Cremona, Espert fis-settur tal-ilma; Is-Sur Marc Muscat, Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma; Is-Sur George Camilleri, Membru tal-Bord Eżekuttiv ta’ Din l-Art Ħelwa fir-rwol ta’ rappreżentant tal-għaqdiet non-governattivi ambjentali; Dr Simone Borg, konsulenta fil-qasam tal-leġiżlazzjoni ambjentali, serviet ukoll bħala Segretarja tal-kumitat.

Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru Pullicino ħabbar li l-Gvern se jkun qed jinvesti matul is-snin li ġejjin ‘l fuq minn €3.5 miljun biex binijiet tal-Gvern ikunu aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija. F’dawn l-aħħar xhur il-Gvern nieda audit tal-konsum tal-energija tal-bini użat mis-Servizz Pubbliku, sabiex jigi identifikat tnaqqis potenzjali tal-konsum tal-enerġija. Dawn l-audits tal-energija twettqu fuq il-150 bini tas-Servizz Pubbliku kif ukoll f’24 Day Centre u Djar għall-Anzjani.  Hu kkalkulat li dan l-investiment se jnaqqas il-konsum tal-enerġija annwali b’27%, meta ikkomparat mal-konsum totali preżenti. Għalhekk dan l-investiment mhux biss se jnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra iżda wkoll se jnaqqas l-ispiża annwali tal-gvern fil-konsum tal-enerġija. Dan jikkumplimenta proġett li se jinbeda fix-xhur li ġejjin fejn 67,000 metru kwadru ta’ soqfa ta’ bini pubbliku se jintuża biex jinksew b’sistemi ta’ panelli fotovoltaiċi. 

Il-Ministru Pullicino qal ukoll li din l-istrateġija titkellem ukoll dwar is-sostenibbilità tar-riżorsa tal-ilma. Il-Gvern f’dawn l-aħħar snin ħadem biex l-ilma jibqa’ jkun riżorsa sostenibbli. F’dan ir-rigward:

  •  4 snin ilu sar il-proċess ta’ reġistrar ta’ boreholes li żvela li f’pajjiżna nsibu mat-8,000 sors tal-ilma;
  • għaddej il-proċess biex jitwaħħlu l-meters mal-boreholes. Dan għandu jwassal biex isir perijodu ta’ moniteraġġ biex ikun ikkalkulatat kemm verament u minn fejn l-aktar li jkun qed jiġi estratt  l-ilma tal-pjan;
  • Daħħal fis-seħħ moratorju fuq it-tħaffir ta’ aktar boreholes u
  • Ġie mniedi proċess ta’ liċenzjar għall-operaturi privati fis-settur tal-ilma (operaturi tal-bowsers).

Fl-għeluq tal-konferenza l-Ministru Pullicino ħabbar li s-Sibt li ġej se jkun hawn f’pajjiżna l-Kummissarju Ewropew responsabbli għall-Ħidma kontra l-Bidla fil-Klima, Connie Hedeagaard.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow