Left arrow Mur Lura

REKORD IEĦOR FIT-TURIŻMU

pr1231
Date Icon 31/05/2012

April ta' din is-sena kien l-aqwa wieħed fl-istorja tat-turiżmu f’pajjiżna. L-ammont ta’ turisti qabeż il-122,000 turist. Dan ifisser żieda ta’ 1.6% fuq l-2011. Dawn qattgħu 856,317 lejl f'Malta li jfisser żieda ta’ 9% fuq April 2011 filwaqt li nefqu ’l fuq minn €95 miljun, żieda ta’ kważi €6 miljun fuq April tas-sena li għaddiet. Is-settur turistiku huwa pilastru ewlieni tal-ekonomija ta’ pajjiżna u għalhekk in-nefqa mit-turisti tiġġenera l-kummerċ għal diversi kumpanniji lokali u twassal għal ħolqien ta’ aktar impjiegi  f’Malta.

Ir-riżultati pożittivi fis-settur turistiku u l-benefiċċji ekonomiċi li jiġġenera ma jiġux b'kumbinazzjoni. Il-Gvern qed jinvesti fi strateġija effettiva bbażata fuq investment fil-prodott li jinkludi  l-investiment fi proġetti kapitali, fl-infrastruttura, fl-ispazji miftuħa u diversi skemi għas-settur privat, l-investiment fi promozzjoni effettiva kif ukoll l-investiment fl-aċċessibiltà, bl-aħħar snin in-numru ta' rotot jiżdiedu minn 45 fl-2006 għal 81 fl-2012.

Il-Gvern jibqa’ impenjat li jinvesti fis-settur turistiku għaliex jgħarraf li dan huwa settur li jiġġenera l-kummerċ, joħloq ix-xogħol u jsaħħaħ l-ekonomija ta’ pajjiżna. Il-Gvern jibqa’ impenjat ukoll li jaħdem mal-istakeholders li wkoll qed jagħtu kontribut biex pajjiżna jġib riżultati pożittivi fis-settur turistiku li fl-aħħarnett jissarfu f’ġid u xogħol għal diversi persuni u familji Maltin.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow