Left arrow Mur Lura

IX-XOGĦOL FUQ IL-BINI TAĊ-ĊENTRU TAL-ONKOLOĠIJA JIDĦOL FIT-TIELET FAŻI

pr1222
Date Icon 30/05/2012

Waqt żjara fis-sit ta’ kostruzzjoni fejn qiegħed jinbena Ċentru tal-Onkoloġija, il-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità Joe Cassar qal li l-proġett miexi kif ippjanat u issa għaddej ix-xogħol fuq it-tielet fażi tal-proġett.

Il-Ministru Joe Cassar qal  li filwaqt li fl-Isptar Sir Paul Boffa hemm 27 sodda għall-kura tal-kanċer,  iċ-Ċentru l-ġdid tal-Onkoloġija se jkollu total ta’ 96 sodda - 74 sodda in patient u 22 sodda fid-Day Care.  Ix-xogħol fuq il-bini ta’ Ċentru tal-Onkoloġija fi ħdan l-Isptar Mater Dei nbeda fl-2010 b’investiment ta’ €59.6miljun u huwa ko-finanzjat mill-Fondi Strutturali tal-Unjoni Ewropea fl-ammont ta’ 85% mill-ispiża totali.

Joe Cassar qal l-ewwel fażi kienet tikkonsisti mill-iskavar tas-sit filwaqt li t-tieni fażi involviet il-bini ta’ tliet bunkers li eventwalment fihom se jitqiegħdu l-Linear Accelerators (il-magni li jagħtu r-raġġi). 

Il-Ministru qal li dan iċ-Ċentru se jkompli jsaħħaħ il-kura li l-Gvern Malti joffri għall-kanċer.  Hu qal li dan iċ-Ċentru se jkun pass sinifikanti ’l quddiem hekk kif ippjanat u mħabbar fil-Pjan Nazzjonali għall-Kura tal-Kanċer. Dan jikkumplimenta l-Programm Nazzjonali ta’ Breastscreening li nbeda fl-2009 u l-Programm Nazzjonali ta’ Colorectal Screening li se jinbeda din is-sena.  Il-Ministru spjega kif saret ħafna ħidma li tiffoka fuq aktar għarfien u prevenzjoni, bħal, pereżempju l-vaċċin tas-cervical cancer li minn din is-sena se jingħata b’xejn lit-tfajliet ta’ 12-il sena.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS) Brian St. John, qal li sa issa l-aktar parti kumplikata tal-proġett kienet it-tieni fażi. Dan, minħabba n-natura tax-xogħol li jirrikjedi l-bini tal-bunkers.  

Hu qal li l-bini tal-bunkers huwa kumpless u speċjalizzat.  Fil-fatt kull bunker għandu arja superfiċjali interna ta’ madwar 65 metru kwadru u huwa kompletament imdawwar b’art, ħitan u soqfa tal-konkos li l-ħxuna tagħhom tvarja minn metru sa tliet metri.  Kull wieħed mit-tliet bunkers hu maqsum f’parti teknika (fejn se jkun hemm il-linear accelerators), maze ta’ madwar 13-il metru kwadru, u kamra oħra. 

Brian St John qal li fil-kostruzzjoni tal-bunkers intużaw mat-tliet elef metru kubu ta’ konkos u mal-kwart ta’ miljun kilogramm ta’ xbieki varji u ta’ ħadid marbut tal-azzar. Hu qal il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi ħadet ħsieb b’mod dirett il-project management tal-bini tal-bunkers u kienet u għadha ssegwi mill-qrib l-immanigjar tal-proġett kollu.  Bħalissa għaddej il-bini tal-kumplament taċ-ċentru.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow