120 PERSUNA BARRANIJA U 130 RESIDENT GĦAWDXI INVOLUTI FI ĠBID TA’ FILM RUSSU F’GĦAWDEX
Għawdex gawda wkoll mill-attività ġġeneratamill-industrija tal-films li kienet għaddejja f’pajjiżna f’dawn l-aħħar xhur.
L-attività f’Għawdex kienet marbuta mal-iffilmjartal-film ‘Fort Ross’ li għalih kien meħtieġ lijingħataw servizzi ta’ akkomodazzjoni u servizzi oħra lil 120 membru tal-crew u artisti barranin. Barraminhekk 30persuna Għawdxija ġew involuti fil-bini tas-sett tal-parti tal-film li nġibdetGħawdex li nbena f’xahar fil-bajja tax-Xwejni, limiti taż-Żebbuġ. L-extrasfil-ġbid ta’ ‘Fort Ross’ f’Għawdex kienu jinkludu aktar minn mitt persuna, bil-maġġorparti tagħhom Għawdxin.
Dan il-film b’baġit ta’ $10 miljun se jintwera kemmfis-swali taċ-ċinema kif ukoll fuq stazzjonijiet televiżivi f’numru ta’ pajjiżiEwropej kif ukoll fir-Russja u fl-Istati Uniti. Il-film ser ikun bir-Russu ubl-Ingliż.
‘Fort Ross’ qed isir fil-mitejnanniversarju tal-bini ta’ kolonja żgħira Russa fil-kosta ta’ Kalifornja. Dinil-kolonja ma rnexxietx u nbiegħet lil ċittadin Messikan ta’ nisel Żvizzerufl-1941. L-istorja tal-film tittratta grupp ta’ ġurnalisti li jmorru lurafiż-żmien biex jikxfu n-nuqqas ta’ suċċess ta’ din il-kolonja Russa li marretKalifornja fil-11 ta’ Settembru 1812.
Il-film qed jinħadem mill-kumpaniji Act EuropeProductions Limited u l-kumpanija Film Corporation.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017