Left arrow Mur Lura

ŻEWĠ AMBULANZI ĠODDA GĦALL-BENEFIĊĊJU TAL-PAZJENTI GĦAWDXIN

pr1210
Date Icon 29/05/2012

‘L-impenn tagħna b’risq is-servizzi tas-saħħaf’Għawdex huwa impenn serju li jagħti dak li jwiegħed għall-benefiċċjutal-pazjenti Għawdxin u dawk kollha li jistgħu jiġu bżonnhom’. Dan qalitu l-Onor.Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex meta dalgħodu inawgurat żewġ ambulanziġodda li ser ikunu qed joperaw mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. 

Fl-akkwist ta’ dawn l-ambulanzi ġodda l-Ministeru għalGħawdex esiġa speċifikazzjonijiet li huma konformi ma’ standards Ewropej relatati ma’ dawn is-servizzi mediċi. Minbarra lijoffru sigurtà għall-pazjenti kif ukoll għall-ħaddiema li jużawhom dawnl-ambulanzi huma wkoll attrezzati b’servizzi addizzjonali li jassiguraw aktarkumdità. Dan ikompli jassigura li s-servizzi tas-saħħa li jingħataw f’Għawdexikomplu jissaħħu u jkunu ta’ livelli għoljin. 

Il-Ministru għal Għawdex fissret kif minbarragħall-każijiet ta’ emerġenza, dawn l-ambulanzi ser ikunu primarjament użatifit-trasport ta’ pazjenti Għawdxin li jkunu jinħtieġu jattendu għal terapijijew kura oħra f’Malta. Dan jinkludi b’mod partikolari l-pazjenti li jmorrugħall-servizzi ta’ kimoterapija u trattamenti oħra kontra l-kanċer.  Il-faċilitajiet tal-ambulanzi l-ġodda jinkludusistema ta’ arja kundizzjonata li tiffunzjona anke meta l-vettura tkun mitfija.Dan għandu relevanza partikolari għal dawn il-pazjenti u l-qraba tagħhom metal-ambulanza tkun qegħda fuq il-vapur jew inkella tistenna fil-port tal-Imġarrjew iċ-Ċirkewwa. 

L-Onor. Giovanna Debono qalet li filwaqt li waħdamill-ambulanzi ser tkun qed tieħu post oħra li mhix ser tibqa’ tintuża, t-tieniambulanza ser tkun qed iżżid l-flotta ta’ dawn it-tip ta’ vetturi f’Għawdex.Żiedet tgħid li dan kien jinħtieġ investiment ta’ madwar €350,000 li ser ikunqed jiżdied ma’ mijiet ta’ eluf oħra li qed ikomplu jintefqu biex is-servizzifl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex jibqgħu jiġu aġġornati u mtejba. 

Bħalissa f’dan l-isptar għaddejjin xogħlijietfis-swali tal-operazzjonijiet li jagħmlu parti minn proġett akbar li kien jinkludit-twaqqif ta’ dipartiment tar-radjoloġija. Dan il-proġett kien jinkludiristrutturar kif ukoll xiri u installazzjoni ta’ apparat mill-aktar modern.Xogħlijiet oħra fl-isptar Ġenerali ta’ Għawdex ikopru manutenzjoni estensivafil-kurituri kollha fejn ser jitwaħħal madum ġdid, jinbidel is-saqaf qadim kifukoll is-servizzi li għaddejjin taħtu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow