ŻEWĠ AMBULANZI ĠODDA GĦALL-BENEFIĊĊJU TAL-PAZJENTI GĦAWDXIN
‘L-impenn tagħna b’risq is-servizzi tas-saħħaf’Għawdex huwa impenn serju li jagħti dak li jwiegħed għall-benefiċċjutal-pazjenti Għawdxin u dawk kollha li jistgħu jiġu bżonnhom’. Dan qalitu l-Onor.Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex meta dalgħodu inawgurat żewġ ambulanziġodda li ser ikunu qed joperaw mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
Fl-akkwist ta’ dawn l-ambulanzi ġodda l-Ministeru għalGħawdex esiġa speċifikazzjonijiet li huma konformi ma’ standards Ewropej relatati ma’ dawn is-servizzi mediċi. Minbarra lijoffru sigurtà għall-pazjenti kif ukoll għall-ħaddiema li jużawhom dawnl-ambulanzi huma wkoll attrezzati b’servizzi addizzjonali li jassiguraw aktarkumdità. Dan ikompli jassigura li s-servizzi tas-saħħa li jingħataw f’Għawdexikomplu jissaħħu u jkunu ta’ livelli għoljin.
Il-Ministru għal Għawdex fissret kif minbarragħall-każijiet ta’ emerġenza, dawn l-ambulanzi ser ikunu primarjament użatifit-trasport ta’ pazjenti Għawdxin li jkunu jinħtieġu jattendu għal terapijijew kura oħra f’Malta. Dan jinkludi b’mod partikolari l-pazjenti li jmorrugħall-servizzi ta’ kimoterapija u trattamenti oħra kontra l-kanċer. Il-faċilitajiet tal-ambulanzi l-ġodda jinkludusistema ta’ arja kundizzjonata li tiffunzjona anke meta l-vettura tkun mitfija.Dan għandu relevanza partikolari għal dawn il-pazjenti u l-qraba tagħhom metal-ambulanza tkun qegħda fuq il-vapur jew inkella tistenna fil-port tal-Imġarrjew iċ-Ċirkewwa.
L-Onor. Giovanna Debono qalet li filwaqt li waħdamill-ambulanzi ser tkun qed tieħu post oħra li mhix ser tibqa’ tintuża, t-tieniambulanza ser tkun qed iżżid l-flotta ta’ dawn it-tip ta’ vetturi f’Għawdex.Żiedet tgħid li dan kien jinħtieġ investiment ta’ madwar €350,000 li ser ikunqed jiżdied ma’ mijiet ta’ eluf oħra li qed ikomplu jintefqu biex is-servizzifl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex jibqgħu jiġu aġġornati u mtejba.
Bħalissa f’dan l-isptar għaddejjin xogħlijietfis-swali tal-operazzjonijiet li jagħmlu parti minn proġett akbar li kien jinkludit-twaqqif ta’ dipartiment tar-radjoloġija. Dan il-proġett kien jinkludiristrutturar kif ukoll xiri u installazzjoni ta’ apparat mill-aktar modern.Xogħlijiet oħra fl-isptar Ġenerali ta’ Għawdex ikopru manutenzjoni estensivafil-kurituri kollha fejn ser jitwaħħal madum ġdid, jinbidel is-saqaf qadim kifukoll is-servizzi li għaddejjin taħtu.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017