Left arrow Mur Lura

GĦAJNUNA SA €15,000 LILL-ANZJANI BIEX JIRRANĠAW ID-DJAR TAGĦHOM

pr1205
Date Icon 28/05/2012

Anzjani li jgħixu waħidhom u li jixtiequ jirranġawid-djar privata tagħhom jistgħu japplikaw għalskema ġdida tal-Awtorità tad-Djar imsejħa ‘Nirranġa d-Dar Tiegħi’.  Din l-iskema se tibqa’ miftuħa xahrejn sħaħ uhi maħsuba sabiex tgħin persuni ta’ ’l fuq minn 60 sena jirranġaw id-djartagħhom b’tali mod li dawn isiru aktar abitabbli, aktar aċċessibbligħall-bżonnijiet tagħhom, u ħielsa minn kull periklu ta’ saħħa u sigurtà.L-għan tal-iskema hu li b’hekk l-anzjani jibqgħu jgħixu fil-komunità u jgħixukwalità ta’ ħajja aħjar. 

Id-dettalji ngħataw waqt konferenza tal-aħbarijietindirizzata mill-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-FamiljaChris Said, mis-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u l-Kura fil-KomunitàMario Galea u mill-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar Albert Buttiġieġ. 

Il-Ministru Chris Said qal li permezz ta’ dinl-iskema, l-anzjani jistgħu jirċievu għajnuna sa massimu ta’ €15,000, liemagħajnuna tkopri l-istima tax-xogħlijiet, għotja finanzjarja skont testtal-mezzi, kisba ta’ permessi fejn neċessarji, ingaġġ ta’ kuntratturi usuperviżjoni tax-xogħlijiet, għajnuna neċessarja waqt li jkunu qed isirux-xogħlijiet, u kordinazzjoni ma’ aġenziji oħra sabiex jipprovdu appoġġessenzjali f’oqsma oħra skont il-ħtieġa tal-applikant. 

Il-Ministru Chris Said qal li mill-1 ta’ Jannar2008 sal-lum, l-Awtorità tad-Djar għenet 729 anzjani u persuni vulnerabbli(persuni b’diżabilità jew bi problemi ta’ mobbiltà) biex jirranġaw id-djartagħhom.  Dan għamlitu billi għadditilhom€2.2 miljun jew medja ta’ €3,000 kull wieħed sabiex isiru xogħlijietfir-residenzi tagħhom.  Matul l-istessperjodu l-Awtorità tad-Djar investiet €1 miljun sabiex kienu installati 29 liftfi blokki tal-Gvern u b’hekk tjiebet l-aċċessibilità tal-anzjani residentif’dawn l-appartamenti. 

Min-naħa tiegħu is-Segretarju Parlamentari MarioGalea spjega li l-għajnuna finanzjarja tista’ tintuża biex isiru

  • it-tiswijiet ta’ strutturi perikolużi u tiswijiet neċessarji fil-bini inkluż il-faċċata;
  • il-bdil ta’ stallazzjonijiet qodma tal-ilma u tal-elettriku;
  • xogħlijiet ta’ titjib fil-kamra tal-banju sabiex tkun aktar aċċessibbli;
  • bdil/twaħħil ta’ madum;
  • bdil/tiswijiet tas-sistema tad-drenaġġ;
  • bdil/tiswija ta’ bibien ta’ barra, ta’ aperturi u ta’ gallarijiet;
  • proviżjoni ta’ water-proofing għas-soqfa;
  • irranġar u xogħlijiet kontra l-umdità;
  • tibjid;
  • drittijiet professjonali u ħlas ta’ permessi;
  • xogħlijiet neċessarji għas-sigurtà;
  • u xogħlijiet neċessarji biex tiżdied l-aċċessibilità. 

L-anzjani jikkwalifikaw għall-għajnuna jekk inhumas-sidien ta’ djarhom; jekk għandhom it-titolu ta’ ċens temporanju ta’ aktarminn 40 sena; igawdu l-usufrutt tad-dar; id-dar tkun dikjarata bħala sub-standard; u l-użu tal-fond bħalaresidenza jkun qed isir skont il-liġi. 

Id-dar ta’ abitazzjoni li fuqha tingħatal-għajnuna taħt din l-iskema għandha tiġi okkupata u wżata mill-applikantiesklussivament bħala r-residenza ordinarja u permanenti tagħhom għal perjoduta’ mhux anqas minn 15-il sena. 

Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jċempellill-Awtorità tad-Djar fuq 22991000 jew jibgħat email fuq customer.care@ha.gov.mt

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow