Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL

pr1196
Date Icon 26/05/2012

L-istudenti li jattendu l-Istitut għall-Istudji Turistiċi jistgħu jserrħu rashom li se jibqgħu jieħdu l-istipendju kif jieħdu l-istudenti tal-Università, il-Junior College, l-MCAST u dawk li qed jistudjaw f’istituzzjonijiet post-sekondarji oħra.  Issa d-dritt għal din l-għotja ta’ manteniment ingħatalhom b’liġi.

Inutli li xi ħadd, kif għamel il-ġurnal “l-orizzont” fil-ħarga tal-lum is-Sibt, jipprova jdaħħal dubju dwar l-istipendju f’moħħ l-istudenti tal-ITS u l-ġenituri tagħhom.  Bl-Avviż Legali 131 dan l-istipendju issa iddaħħal fil-ligi li tat personalità legali lill-Istitut għall-Istudji Turistiċi.

L-istudenti li jattendu l-Università u istituzzjonijiet edukattivi ilhom mis-sena 2000 igawdu minn għotja ta’ manteniment u l-flus li jingħataw huma kollha kemm huma għotja u mhux kif kien ġara fi żmien Gvern Laburista meta l-istudenti kellhom jisselfu mill-banek nofs l-istipendju u riedu jħallsuh lura.   L-istudenti tal-ITS issa tpoġġew fuq dan l-istess livell tal-istudenti l-oħra.

Din is-sena akkademika l-istudenti ġodda tal-ITS żdiedu b'aktar minn 30% u komplew jiżdiedu l-korsijiet u ittejbet il-kwalità fl-edukazzjoni li tingħata lill-istudenti.

L-istudenti tal-ITS u l-istudenti kollha li huma ntitolati għall-istipendju għandhom il-garanzija tal-Gvern li l-istipendji mhux se jitnaqqsu u wisq anqas jitneħħew.  Din il-garanzija tikkuntrasta bil-kbir ma’ dak li għamel Gvern Laburista bl-istipendji meta bagħat lill-istudenti jiddejnu u sal-lum għad hemm min fil-Partit Laburista għadu jgħid li l-istipendji m’humiex sostenibbli.

Il-Gvern mhux talli mhux se jneħħi jew inaqqas l-istipendji imma kompla jifrex u jwessa’ l-kriterji li bihom student isir eliġibbli għall-istipendju għandu kemm għandu età u żied il-programmi ta’ studji,  bħalma huma il-Youth.inc u Pathway biex aktar studenti jibbenefikaw mill-istipendju u jkomplu jistudjaw.

Barra minn dan kollu il-Gvern, f'din il-leġislatura holoq numru kbir ta' scholarships –  li minnhom gawdew aktar minn 1,600 student b’investiment ta’ aktar minn €15 miljun.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow