Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT

pr1195
Date Icon 26/05/2012

B’referenza għall-kummenti pubbliċi li għamlet il-General Workers’ Union dwar il-laqgħa tal-Kunsill għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) ta’ nhar l-Erbgħa li għadda, il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Invesiment jiddikjara kategorikament li la l-Ministru u lanqas il-Korporazzjoni Enemalta ma qalu, waqt din l-istess laqgħa, li hemm bżonn jitnaqqsu l-ħaddiema tal-Enemalta biex tissaħħaħ l-effiċjenza tal-Korporazzjoni.

Għall-kuntrarju, kienet assoċjazzjoni oħra li għamlet dan.

Minkejja li lbieraħ il-Korporazzjoni Enemalta, diġà kienet ċaħdet li għamlet xi suggeriment f’dan is-sens, xorta waħda il-ġurnal tal-GWU, l-Orizzont, illum reġa’ għażel li jagħmel din l-implikazzjoni fl-ewwel paġna tal-ħarġa tal-lum.

Il-Ministeru jiddeplora l-aġir tal-GWU li tikkumenta pubblikament fuq diskussjonijiet privati li jsiru fi ħdan l-MCESD u agħar minhekk tagħżel li timmiżinforma lill-pubbliku u għalhekk timmina l-proċess ta’ konsultazzjoni u diskussjoni li jsir f’dan l-istess Kumitat.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow