Left arrow Mur Lura

ILLUM JINFETAĦ L-EWWEL DOG PARK F’PAJJIŻNA – AKTAR ĦIDMA TAL-GVERN FAVUR L-ANNIMALI

pr1194
Date Icon 26/05/2012

Illum wara nofs in-nhar se jinfetaħ l-ewwel dog parkf’pajjiżna fil-Picnic area tal-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali.

Dan il-park li hu kbir 1,000 metru kwadru,jikkonsiti f’numru ta’ hurdles sabiex il-klieb ikunu mħarġa kif ukoll playequipment għall-klieb bħal cover tunnels,weave poles, dog teeter – tooter, hound hoops, hurdle jumps, hound hurdles,agility walk u dog walk ramp. Danil-Park li minn għada se jkun miftuħ mis-6.30 am sal-11.30pm (fis-Sajf) umis-6.30 am sas-7.30pm (fix-Xitwa) jinkludi wkoll litter bins apposta biex jintrema l-fdalijiet tal-klieb kif ukolljipprovdi postijiet fejn il-klieb jistgħu jixorbu. 

B’hekk mill-lum ‘il quddiem permezz ta’ danil-park inħoloq post fejn il-familji jistgħu jmorru flimkien mal-kelb tagħhomf’post li jinkludi logħob għall-klieb. Dan il-park jikkomplimenta d-deċiżjonital-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali li l-familji jitħallew jidħlubil-klieb tagħhom fil-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali b’eċċezzjoni tal-areatal-Adventure Park, bil-kundizzjoni li l-kelb ikun marbut biċ-ċinga. Jidher lil-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali fl-aħħar xhur ra żieda fin-nies li jżuru l-parkflimkien mal-pet tagħhom. 

Qatt daqs dawn l-aħħar snin ma saret ħidmadaqstant importanti  b’risq il-ħarsiental-annimali f’pajjiżna. Il-Gvern f’din il-leġiżlatura:

 Erba’ snin ilu waqqaf Dipartiment għall-Ħarsien tal-Annimali. F’4 snin kemm ilu mwaqqaf dan id-Dipartiment saru avvanzi kbar f’dan il-qasam. 

  • inħolqot sistema ta’  Ambulanza għall-Annimali li taħdem 24 siegħa għal 7 tijiem fil-ġimgħa.
  • Kemm ilu jopera dan is-servizz, inġabru ‘l fuq minn 3,500 annimal
  • Minn dawn ġew addottati ‘l fuq minn 1,270 annimal.
  • Ingħatat għajnuna lis-Santwarji tal-Annimali biex ikomplu jitjiebu l-faċilitajiet tagħhom.
  • Infetaħ Ċentru San Franġisk għal-Ħarsien tal-Annimali. Ċentru li qed jagħti servizz ta’ kura 24 siegħa kuljum ħdud u festi nklużi.
  • f’Ottubru 2011 iċ-ċentru għalaq sena mill-ftuħ tiegħu. Fl-ewwel sena tiegħu dan iċ-ċentru, ta servizz lil 14,000 annimal.  Ħafna  mil-kaiżjiet daħlu fiċ-Ċentru matul il-ħinijiet bikrin ta’ filgħodu.  Dan jikkonferma kemm kien hawn bżonn f’pajjiżna Ċentru li jibqa’ miftuħ matul il-lejl 24 siegħa kuljum.  
  • Id-Direttorat tal-Ħarsien tal-Annimali ressaq u segwa mil-qrib 25 każ ta’ moħqrija ta’ annimali li ddaħlu l-Qorti. Każ li kien seraq il-qlub ta’ kull ħadd kien dak tal-kelba Star. Fiċ-Ċentru ta’ San Franġisk għal-Ħarsien tal-annimali sar monument għall-kelba Star bi skop li jwassal messaġġ kontra l-moħqrija tal-annimali, biex qatt aktar f’pajjiżna ma jseħħu atti ħorox bħal ma sofriet din il-kelba.   
  • Fis-sena 2011 beda wkoll proċess fejn inħarġet liġi li tobbliga lil kull sid ta’ kelb biex kull kelb ikollu microchip sal-aħħar ta’ Gunju tas-sena 2012. L-għanijiet prinċipali ta’ dawn ir-regolamenti hu;

·                  biexanqas persuni jabbużaw u jabbandunaw klieb meta jixbgħu minnhom;

·                 biex ikun hawn anqas periklu għas-saħħa pubblika minħabbatixrid ta’ mard mill-klieb;

·                  biex ikun hawn anqas attakki minn klieb abbandunati lijattakaw klieb u annimali oħra;

·                  biex tinħoloq database ċentrali b’reġistru sħiħtal-informazzjoni kollha rigward il-klieb u s-sidien tagħhom.

·        Sal-lum ġew microchipped’l fuq minn 32,000 kelb.

  • Inbeda wkoll ix-xogħol biex jinbnew shelters għall-karozzini fil-Belt Valletta. 

L-avvanz fis-settur tal-annimali wkoll qed iwassalbiex jinħloqu mpjiegi ġodda u għalhekk il-Gvern offra numru ta’ scholarships biex aktar studenti jagħżluli jilħqu veterinarji. 

Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Ruralijieħu din l-opportunita’ biex jirringrazzja lil kull min jaħdem f’dan is-setturpartikolarment lil dawk li b’mod volontarju jiddedikaw ħafna mil-ħin tagħhomb’risq l-annimali.

L-investiment tal-Gvern fis-settur tal-ħarsiental-annimali qed iwassal biex ikunu salvati aktar annimali tat-triq, qed tkunoffruta kura 24 siegħa kuljum, inħolqu aktar opportunijiet ta’ xogħol, u qedjinħolqu aktar postijiet pubbliċi fejn il-familji jistgħu jmorru flimkienmal-pet tagħhom.  

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow