DISKORS MILL-ONOR. LAWRENCE GONZI, PRIM MINISTRU, WAQT L-INAWGURAZZJONI TAL-FABBRIKA L-ĠDIDA TAL-MAYPOLE, FIŻ-ŻONA INDUSTRIJALI TAL-ĦANDAQ, LIMITI TA’ ĦAL QORMI - IL-ĠIMGĦA, 25 TA’ MEJJU 2012.
Familja Debono,
Onorevoli Ministri,
Monsinjur Arċisqof,
Mistednin Distinti,
Sinjuri,
Illejla qegħdin hawn flimkien biex niċċelebrawpass ieħor importanti fil-mixja twila tal-kumpanija Maypole.
Mixja li bdiet fl-1900 u li dejjem kienet mibnijafuq it-tradizzjonijiet Maltin, il-ħiliet tal-ħaddiema Maltin u l-ispirtuintraprenditorjali tal-familja Debono.
Mixja li tul is-snin il-kumpanija żammetit-tradizzjonijiet Maltin u żewġithom mat-teknoloġija.
Mixja li matulha, il-kumpanija kibret, investiet uħolqot ix-xogħol.
Mixja fejn il-familja ħolqot il-ġid għalihapermezz tax-xogħol u gawdew minnu l-ħaddiema impjegati magħkom.
Din hi mixja ta’ kumpanija li tirrifletti wkollil-mixja ta’ pajjiżna li wkoll hi mibnija fuq il-ħiliet tal-ħaddiema Maltin ufuq l-ispirtu intraprenditorjali tal-investituri Maltin.
Hu għalhekk ta’ pjaċir u ta’ sodisfazzjon liqiegħed hawn illejla biex flimkien ninawguraw dan il-forn il-ġdid tal-Maypole.
Dan il-forn modern huwa simbolu ħaj tal-viżjonital-familja Debono li dejjem emmnu fil-prodott u fil-ħaddiema Maltin. Emmintu u investejtu. U irnexxejtu.
Jien nammira l-investitur Malti u ninsab grat lejnil-ħidma tagħkom, is-sagrifiċċji u d-dedikazzjoni tagħkom. Intom, u investituri oħra bħalkom bnejtul-ekonomija Maltija u fuq kollox ħloqtu x-xogħol għall-poplu Malti. Ta’ dan għandkom l-ammirazzjoni tagħna lkoll.
Il-Gvern jittrasforma din l-ammirazzjonif’għajnuna u f’sostenn tanġibbli. Qegħdin ninvestu fikom, fil-proġetti u l-viżjoni tagħkom għax nemmnufikom.
Il-Gvern ħareġ skemi biex sidien ta’ negozji żgħaru medji, kif ukoll investituri bħalkom tiġu mgħejjuna tinvestu aktar, kiffil-fatt għamiltu intom ukoll.
Minn din is-sena ġbarna s-servizzi għal min hufin-negozju taħt saqaf wieħed permezz tal-BusinessFirst. B’hekk żdiedet l-effiċjenza uintom tqattgħu anqas ħin f’ġiri. Qedinżidu s-servizzi wkoll online, biexnagħmluha aktar possibbli li s-servizzi tal-Gvern ikunu offruti għalikom 24siegħa kuljum, 7 t’ijiem fil-ġimgħa; fejn intom tiddeċiedu l-ħin li tinqdew umhux ħaddieħor jiddeċiedi għalikom.
Din hi l-politika tagħna. Ninvestu biex ngħinukom, nagħtukom appoġġ uintom iżżidu n-negozju għalikom u toħolqu aktar xogħol.
Il-Gvern immexxi minni dejjem poġġa x-xogħolfiċ-ċentru tal-politika tiegħu. Investejna fikom is-settur privat. Investejna fi proġetti kapitali ġodda. Flimkien ħloqna 20,000 post tax-xogħol. Għandna t-tielet l-akbar rata ta’ tkabbir tal-impjiegi fl-Unjoni Ewropeau s-sitt l-anqas rata ta’ qgħad. Fl-istess waqt naqqasna t-taxxi biex żidna d-dħul tal-ħaddiema utas-sidien tan-negozji. B’aktar flusfl-idejn u pagi tajbin, titjieb il-kwalità tal-ħajja. Rapport tal-Eurostat li għadu kif ħareġ ipoġġi lill-Maltin bħala l-anqas popluli jħallas taxxi fuq l-impjieg.
Flimkien, Gvern u settur privat, qed jirnexxielnafejn pajjiżi oħra fallew. Qed nirnexxumertu tagħkom, ta’ min jinvesti, mertu tal-ħaddiema u tal-poplu kollu.
L-investituri Maltin, kbar u żgħar huma s-sinslatal-ekonomija Maltija. Ir-riżultati ta’pajjiżna huma tagħkom u ta’ dan f’isem il-Gvern u l-poplu Malti nirringrazzjakomtal-impenn tagħkom. Il-Gvern se jkomplijsostni l-ħidma u l-investimenti tagħkom. L-iskemi tal-Malta Enterprise,MicroInvest u MicroCredit huma turija tal-fiduċja tagħna fikom.
Sinjuri,
Dan il-forn modern jixhed l-impenn tal-familjaDebono lejn it-tkattir tax-xogħol f’pajjiżna.
Jixhed l-ispirtu intraprenditorjali tal-familjaDebono li kompliet tinvesti tul is-snin.
Aħna se nkomplu ngħinu lil min irid joħloq aktarxogħol u xogħol aħjar b’pagi tajbin għall-ħaddiema.
Filwaqt li nifraħ lill-familja Debono għan danl-investiment ġdid nawguralha aktar suċċessi fil-futur.
Grazzi.
Stqarrijiet Oħra:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017