Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL

pr1191
Date Icon 25/05/2012

L-MUT mhix infurmata tajjeb dwar dakli qed jiġri fl-iskejjel

L-MUT m’hix infurmata tajjeb dwarl-iskejjel tal-Istat u dak li qed jiġri fl-interess tal-istudenti tagħna.  Il-Gvern qed iwettaq il-wegħda tiegħu lijibni skola ġdida kull sena. Dan ifisser li wħud mill-iskejjel mhux se jibqgħujospitaw studenti li se jmorru fi skejjel ġodda jew f’oħrajn tranżitorji. 

Id-Direttorat għal ServizziEdukattivi ilu jippjana dan iċ-ċaqlieq għal numru ta’ snin biex ikun hemml-anqas inkonvenjent għall-istudenti u dawk li jaħdmu magħhom. 

Mhux veru li studenti mill-iskolaSekondarja tas-Subien tal-Kulleġġ Santa Tereża f’Ta’ Paris se jmorru fl-iskolasekondarja tas-subien tal-istess Kulleġġ f’Santa Venera. 

Bħalissa fl-iskola sekondarja ta’Santa Venera hemm studenti tal-Form 1 u 2. Is-sena d-dieħla dawn se jkunu f’Forms 2 u 3. Fl-iskola se jidħlustudenti ġodda fil-Form 1 ġejjin mill-iskejjel primarji tal-Kulleġġ. 

Id-Direttorat għal ServizziEdukattivi diġa’ ħadem mal-periti tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada biexl-istudenti jkollhom il-faċilitajiet kollha meħtieġa.  Hemm spazju biżżejjed għall-istudenti kollhali se jkun hemm fl-iskola u se jsir ix-xogħol infrastrutturali li hemm bżonn,inkluż xogħol fuq laboratorju ġdid. 

Anqas ma hu veru li t-tfal mhux sejkollhom fejn jieħdu l-break jew li mhux se jieħdu break kuljum.  Bħalma jiġri fi skejjel oħra, l-istudenti majieħdux il-break kollha f’daqqa fl-istess ħin. It-tfal se jieħdu l-break tagħhom kuljum u l-istudenti tal-iskolasekondarja se jużaw il-bitħa l-kbira kif dejjem sar.  Dan ifisser li f’ħin partikolari ma jkunxhemm it-tfal kollha f’daqqa fil-bitħa. Dan hu fl-interess tas-sigurta’ tat-tfal u jagħmel ix-xogħoltas-superviżjoni aktar faċli.

Anqas ma hu veru li t-tfaltal-iskola primarja li hemm tmiss ma’ dik sekondarja f’Santa Venera sejintlaqtu ħażin.  Dawn it-tfal għandhomżewġt btieħi fejn jieħdu l-break u bħal fil-każ tas-sekondarja ma jieħduxil-break kollha fl-istess ħin. 

Għal ħafna snin, l-għalliema fl-iskolasekondarja tal-Marsa kienu jilmentaw mill-istat ħażin ta’ din l-iskola.  L-istess kienu jagħmlu l-ġenituri. Għalhekkit-tfal ta’ din l-iskola mis-sena d-dieħla se jmorru fl-iskola ta’ Ħaż-Żebbuġ,skola li bl-ammissjoni stess tal-MUT hi fi stat ferm superjuri għal diktal-Marsa. 

F’każi fejn kien sar ċaqlieq similita’ studenti, l-MUT wkoll kienet qalet li se jiżdied l-assenteiżmu.  Fil-fatt dan ma rriżultax u anqas hu mistennili b’xi mod jew ieħor, jiżdied l-assenteiżmu fost l-istudenti li sejrin Ħaż Żebbuġ.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow