Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL

pr1189
Date Icon 25/05/2012

L-MUT mhix infurmata tajjeb dwar dak li qed jiġri fl-iskejjel

L-MUT m’hix infurmata tajjeb dwar l-iskejjel tal-Istat u dak li qed jiġri fl-interess tal-istudenti tagħna.  Il-Gvern qed iwettaq il-wegħda tiegħu li jibni skola ġdida kull sena. Dan ifisser li wħud mill-iskejjel mhux se jibqgħu jospitaw studenti li se jmorru fi skejjel ġodda jew f’oħrajn tranżitorji.

Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi ilu jippjana dan iċ-ċaqlieq għal numru ta’ snin biex ikun hemm l-anqas inkonvenjent għall-istudenti u dawk li jaħdmu magħhom.

Mhux veru li studenti mill-iskola Sekondarja tas-Subien tal-Kulleġġ Santa Tereża f’Ta’ Paris se jmorru fl-iskola sekondarja tas-subien tal-istess Kulleġġ f’Santa Venera.

Bħalissa fl-iskola sekondarja ta’ Santa Venera hemm studenti tal-Form 1 u 2.  Is-sena d-dieħla dawn se jkunu f’Forms 2 u 3. Fl-iskola se jidħlu studenti ġodda fil-Form 1 ġejjin mill-iskejjel primarji tal-Kulleġġ.

Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi diġa’ ħadem mal-periti tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada biex l-istudenti jkollhom il-faċilitajiet kollha meħtieġa.  Hemm spazju biżżejjed għall-istudenti kollha li se jkun hemm fl-iskola u se jsir ix-xogħol infrastrutturali li hemm bżonn, inkluż xogħol fuq laboratorju ġdid.

Anqas ma hu veru li t-tfal mhux se jkollhom fejn jieħdu l-break jew li mhux se jieħdu break kuljum.  Bħalma jiġri fi skejjel oħra, l-istudenti ma jieħdux il-break kollha f’daqqa fl-istess ħin.  It-tfal se jieħdu l-break tagħhom kuljum u l-istudenti tal-iskola sekondarja se jużaw il-bitħa l-kbira kif dejjem sar.  Dan ifisser li f’ħin partikolari ma jkunx hemm it-tfal kollha f’daqqa fil-bitħa.  Dan hu fl-interess tas-sigurta’ tat-tfal u jagħmel ix-xogħol tas-superviżjoni aktar faċli.

Anqas ma hu veru li t-tfal tal-iskola primarja li hemm tmiss ma’ dik sekondarja f’Santa Venera se jintlaqtu ħażin.  Dawn it-tfal għandhom żewġt btieħi fejn jieħdu l-break u bħal fil-każ tas-sekondarja ma jieħdux il-break kollha fl-istess ħin.

Għal ħafna snin, l-għalliema fl-iskola sekondarja tal-Marsa kienu jilmentaw mill-istat ħażin ta’ din l-iskola.  L-istess kienu jagħmlu l-ġenituri. Għalhekk it-tfal ta’ din l-iskola mis-sena d-dieħla se jmorru fl-iskola ta’ Ħaż-Żebbuġ, skola li bl-ammissjoni stess tal-MUT hi fi stat ferm superjuri għal dik tal-Marsa.

F’każi fejn kien sar ċaqlieq simili ta’ studenti, l-MUT wkoll kienet qalet li se jiżdied l-assenteiżmu.  Fil-fatt dan ma rriżultax u anqas hu mistenni li b’xi mod jew ieħor, jiżdied l-assenteiżmu fost l-istudenti li sejrin Ħaż Żebbuġ.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow