KONSULTAZZJONI MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX GĦAL TURIŻMU RURALI
‘Intom kollha hawn preżenti tistgħutikkontribwixxu b’mod effettiv f’dak li qed jiġi mfassal illum biex ikun ta’gwida għal dak li se nkomplu nagħmlu mil-lum ’il quddiem.’ Dan qalitu l-Onor. ĠiovannaDebono, Ministru għal Għawdex waqt li kienet qed tindirizza operaturifis-settur turistiku kif ukoll rappreżentanti mis-settur kummerċjali u oqsmasoċjo-ekonomiċi oħra f’Għawdex, li attendew għal laqgħa ta’ konsultazzjonimarbuta mal-parteċipazzjoni tal-Ministeru għal Għawdex fil-proġett ICER (Innovative Concept of Eco-AccomodationApproach in Rural Regions) iffinanzjat mill-Programm Interreg IVC taħtil-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali.
Dan il-proġett għandu l-għan li jipproponirakkomandazzjonijiet għat-tisħiħ ta’ politika reġjonali dwar l-iżvilupptat-turiżmu rurali, fl-isfond ta’ dik li hi l-politika tal-Unjoni Ewropea dwarl-iżvilupp ta’ territorji rurali mibnija fuq is-sostenibilità. Il-Ministru għalGħawdex fissret kif l-għanijiet ta’ dan il-proġett jiffurmaw parti mill-proposti tal-pjan ta’ azzjoni dwar eko Għawdexu jista’ wkoll ikollhom relevanza fit-tfassil ta’ politika nazzjonali dwarit-turiżmu li tagħti attenzjoni partikolari lil Għawdex.
Hu għalhekk li l-proċess konsultattiv li kiengħaddej illum huwa meqjus bħala fażi importanti li tista’ tagħti kontributsiewi għall-iżvilupp sostenibbli tas-settur turistiku Għawdxi f’kuntestreġjonali kif ukoll fuq livell nazzjonali.
Wieħed mill-vantaġġi li jiġu proposti mit-turiżmururali huwa dak li jagħti valur lill-attivitajiet li jkunu għaddejjinf’lokalitajiet rurali. Dan it-tip ta’ turiżmu għandu potenzjal akbar f’Għawdexfejn minnu jistgħu jibbenefikaw komunitajiet u lokalitajiet madwar il-gżirakollha fejn illum wieħed jista’ jsib stabilimenti ta’ akkomodazzjoni u oħrajnli joffru servizzi turistiċi oħra.
Il-Ministru għal Għawdex fissret kif il-qasamturistiku għandu relevanza ekonomika qawwija għal gżira ta’ Għawdex għax minbarral-opportunitajiet ta’ xogħol li joffri lil min hu direttament involut, jgħinukoll fil-ġenerazzjoni ta’ attività ekonomika f’diversi oqsma. Hija faħħretl-inizjattivi u l-kontribut tal-operaturi Għawdxin biex illum dan is-setturkompla jkun ta’ benefiċċju ekonomiku għal gżira ta’ Għawdex.
Din il-laqgħa ta’ konsultazzjoni qed issegwikonferenza li nżammet f’Għawdex f’Novembru li għadda fejn fihaġie spjegat ukoll kif servizzi turistiċi mogħtija f’Għawdex ġew identifikatibiex iservu bħala prattiċi tajbin li jistgħu jiġu adottati f’reġjuni oħra. ‘Danjuri li Għawdex qed jagħti wkoll kontribut minbarra li jibbenefikamill-potenzjal ta’ dan il-proġett’ qalet il-Ministru Debono.
Il-proġett ICER qed jiġi ffinanzjat taħtil-Programm INTERREG IVC, mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF)b’finanzjament totali li jlaħħaq €1.8 miljun. Il-Ministeru għal Għawdexissieħeb f’dan il-proġett flimkien ma’ entitajiet u awtoritajiet rurali minnFranza, is-Slovenja, Spanja, il-Fillandja, l-Ungerija u l-Irlanda.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017