Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL

pr1156
Date Icon 22/05/2012

3589 Żgħażugħ għamlu Apprendistat fl-aħħar 5 snin

Matul l-aħħar ħames snin, 3589 żagħżugħ u żagħżugħa bbenefikaw mill-iskemi ta’ Apprendistat offruti mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ flimkien mal-MCAST. Għalhekk dak li ġie rappurtat fuq is-sit elettroniku tal-Partit Laburista hu skorett.  Mhux minnu li din qed issir għall-ewwel darba minħabba xi diskors li għamel Dott Muscat kif qal is-sit elettroniku.

Il-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ ilha snin twal toffri skemi ta’ apprendistat u kull sena medja ta’ 700 ġuvni jidħlu f’xi waħda miż-żewġ skemi u jagħmlu esperjenza ta’ xogħol u studju li f’ħafna każi toffrilhom impjieg permanenti wara li jispiċċaw l-istudji tagħhom.

Ta’ kull sena, l-Gvern joħroġ ċirkolari lid-Dipartimenti u Entijiet Governattivi kollha biex iħajjarhom joffru opportunitajiet ta’ apprendistat liż-żgħażagħ. Dawk id-dipartimenti li jkollhom dawn l-opportunitajiet jinfurmaw bihom lill-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ li torganizza dawn l-iskemi.

Din is-sena din iċ-ċirkolari ħarġet fl-10 ta’ April,  (is-sena l-oħra kienet ħarġet fis-26 ta’ April), u jumejn wara l-Korporazzjoni kienet diġà bdiet tirċievi r-risposti mid-dipartimenti dwar l-ingaġġ ta’ apprendisti.

Fl-aħħar ħames snin it-Technicians Apprenticeship Scheme (TAS) offriet 2245 opportunità ta’ apprendistat lil daqstant żgħażagħ biex jagħmlu esperjenza ta’ xogħol u studju filwaqt li 1344 oħra ħadu sehem fl-Extended Skills Training Scheme (ESTS).

Is-sit elettroniku laburista u Dott Muscat żbaljaw meta qalu li dawn l-iskemi ħarġu wara li tkellem Dott Muscat.  Dawn l-iskemi joħorġu kull sena fuq bażi regolari u għalhekk Dott Muscat kull ma qed jipprova jagħmel hu li jieħu rikba rħisa minn fuq ix-xogħol li qed jagħmel il-Gvern.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow