Left arrow Mur Lura

REBBIEĦ TAL-PREMJU ĦADDIEM TAS-SENA

pr1138
Date Icon 20/05/2012

VICTOR FRIGGIERI

51 sena - Manager, Energy and Sustainability

Victor Friggieri hu impjegat tal-HSBC Bank Malta, u jokkupa l-kariga ta' Manager, Energy and Sustainability, b'responsabbiltajiet fuq l-infrastruttura elettrika u mekkanika tal-bank, kif ukoll li jippromwovi s-sostennibilità.

Fl-2004, Victor kien Direttur Fundatur tal-HSBC Cares For The Environment Fund. Bena relazzjoni mal-Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi kollha li jahdmu b'risq l-ambjent, kiseb ghajnuniet ghal progetti bhal dawk taz-zriegh ta' 15,000 sigra indigena f'Xrobb l-Ghagin, EkoSkola, u l-preservazzjoni tal-Yelkouan Shearwater Bird Colony fil-Mellieha.

Bhala membru tal-iSports & Social Club tal-Bank, hu organizza ghadd ta' attivitajiet ghall-impjegati, hafna minnhom b'rabta mal-ambjent, bhal tindif ta' nhawi, u cinema ambjentali.

Fl-2005 huwa hadem f'Costa Rica biex jikkonserva l-frieken mhedda Leatherback. Fl-2007 sar l-ewwel Campjin tal-Klima fil-progett tal-HSBC ta' Climate Partnership.

Victor Friggieri beda kampanja fost l-impjegati tal-Bank biex jigu ffrankati l-energija u l-ilma, billi qassam linji gwida semplici kif dan jista' jsir. Introduca modi biex wassal lill-Bank jasal inaqqas il-carbon footprint b'20% fl-ahhar erba' snin.

Fl-2005, hidmet Victor kienu rikonoxxuti ufficjalment meta l-HSBC Bank Malta, nghata l-gharfien prestigjuz permezz tal-Premju Ambjentali ghall-Industrija. Fl-2009 il-Bank rega' ssemma b'gieh f'dan il-qasam.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow