Left arrow Go Back

MALTA SSAĦĦAĦ IL-POŻIZZJONI TAGĦHA TA’ ĠURISDIZZJONI RESPONSABBLI U TA’ KWALITÀ FL-ONLINE GAMING U TKOMPLI TATTIRA AKTAR INVESTIMENT F’PAJJIŻNA LI QED JOĦLOQ AKTAR POSTIJIET TAX-XOGĦOL

pr1122
Date Icon 17/05/2012

Il-Gvern jemmen f’settur tal-online gaming li huwa regolat b’mod strett, b’konsiderazzjoni tar-responsabbiltajiet soċjali u li jħares id-dmirijiet u drittijiet tal-players u tal-operaturi nfushom. Dan qed iwassal biex jissaħħaħ isem pajjiżna bħala ġurisdizzjoni ta’ kwalità f’dan is-settur, fattur li qed jattira aktar investiment u postijiet tax-xogħol.

F’konferenza tal-aħbarijiet wara li ltaqa’ mal-ħaddiema tal-Awtorità dwar il-Lotteriji u l-Logħob (LGA), il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech spjega kif din l-istrateġija tal-Gvern għas-settur tal-online gaming qed tissarraf f’aktar operaturi li jafdaw lill-pajjiżna u b’hekk qed tattira aktar investiment u ħolqien ta’ impjiegi. Filfatt, dan is-settur illum iħaddem aktar minn 7,100 persuna, ċifra li rduppjat matul dawn l-aħħar erba’ snin. Il-Ministru Fenech ħabbar li l-kumpanija Betsson se tkun qed tkabbar l-operat tagħha f’Malta u se tħaddem 350 persuna oħra fit-12-il xahar li ġejjin.

Il-Ministru ddeskriva l-istrateġija tal-Gvern fil-konfront tal-gaming bħala settur regolat b’mod strett iżda effettiv, fejn permezz tal-Awtorità, l-enfasi hija biex pajjiżna jibqa’ġuriżdizzjoni li joħloq regolamenti effettivi u li jassiguraw li l-logħob liċenzat ikun ġust u trasparenti lejn il-players, li jiġġieled il-kriminalità u l-ħasil ta’ flus mis-settur, u li jipproteġi lill-minuri u l-persuni vulnerabbli. F’dan is-sens, huwa rrefera għal ftehmiet riċenti li ntlaħqu mal-FIFA u l-Kumitat Olimpiku Internazzjonali. Huwa fakkar kif pajjiżna fl-2010 kien l-ewwel fl-Unjoni Ewropea li adotta Charter tad-Drittijiet u r-Responsabbiltajiet tal-Ġugaturi.

Fil-qasam tal-online gaming, b’kollox joperaw 280 operatur, li jingħaw liċenzja wara proċess estensiv ħafna ta’ screening u kwalifika. Dan jinkludi verifiki ta’ due diligence, verifiki finanzjarji, verifiki tal-business plans kif ukoll monitoraġġ kontinwu ta’ kif jieħdu ħsieb ilmenti li jsiru mill-players. Dan huwa essenzjali għall-fiduċja ta’ kulħadd – minn min irid jinvesti sa min irid jilgħab.

Bejniethom, dawn il-kumpaniji jħaddmu kważi 4100 ruħ, u qed jiġġeneraw madwar 22 miljun ewro f’termini ta’ taxxi u spejjeż ta’ liċenzji. L-impjiegi f’dan is-settur prattikament irduppjaw matul din il-leġislatura. Dan barra, li hemm madwar 3,000 persuna li jaħdmu f’kumpaniji fil-qasam legali, tal-IT, ISPs u servizzi anċillari oħra li fl-attiività prinċipali tagħhom jipprovdu servizzi lil dawn il-kumpaniji ta’ gaming.

Il-Ministru Fenech tkellem wkoll dwar il-land based gaming, fejn il-Gvern wettaq riforma importanti tul din il-leġislatura, bl-introduzzjoni ta’ regolamenti aktar stretti u l-użu l-aħħar teknoloġiji biex ikun assigurat li dawn jiġu osservati. Fost l-oħrajn, stabbilimenti tal-logħob iridu jkunu tal-anqas 75 metru bogħod minn ċentri u postijiet fejn jattendu tfal u żgħażagħ fosthom skejjel, playgrounds u faċilitajiet sportivi. Barra minn hekk, l-emendi jintroducu normi ta’ superviżjoni ta’ min ikun qed jilgħab kif ukoll regolamenti b’rabta ma’ self-barring biex jillimitaw l-ammont li wieħed jista’ jilgħab.

Il-Ministru Fenech ħabbar ukoll l-intenzjoni tal-Gvern, li bl-assistenza tal-LGA, jistabbilixxi responsible gaming fund, li se jkun amministrat taħt regolamenti ta’ governanza stretti u li se jippromwovi inizjattivi u proġetti ta’ responsible gaming. Dan il-Fond se jiffinanzja wkoll riċerka fuq il-problemi marbuta mal-gaming u jippromwovi proċess edukattiv u għarfien dwar kif il-gaming għadu jkun limitat għal attività ta’ intratteniment.

Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet, iċ-Chairman tal-Awtorità, Nick Xuereb u il-Kap Eżekuttiv Reuben Portanier taw preżentazzjoni dwar il-ħidma u r-riżultati miksuba mill-Awtorità matul din is-sena, ħidma li ssarfet f’rikonoxximent importanti bir-rebħ tal-Fast 50 Awards. Dan it-titlu jiċċertifika l-Awtorità bħala l-aktar regolatur innovattiv fid-dinja.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow