Left arrow Mur Lura

L-AWTORITÀ TAD-DJAR TGĦIN KOPPJI U FAMILJI JIXTRU PROPRJETAJIET MINGĦAND IL-PRIVAT

pr1114
Date Icon 17/05/2012

Il-Gvern u l-Awtorità tad-Djar qed jgħinu familji u koppji żgħazagħ billi jipprovdulhom sussidji fuq l-imgħax f’każ ta’ self għax-xiri tal-ewwel residenza jew fuq il-kirja ta’ postijiet. Anzjani qed jingħataw għajnuna sabiex jirranġaw ir-residenzi li jgħixu fihom. L-Awtorità tad-Djar qed tgħin ukoll lis-sidien ta’ proprjetajiet privati billi qed tikri mingħandhom residenzi vojta, u filwaqt li tiggarantilhom dħul għal perjodu ta’ mill-anqas 10 snin, terġa’ tikrihom lill-klienti tagħha. 

Waqt laqgħa ta’ informazzjoni organizzata mill-Awtorità tad-Djar mal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin (Malta Developers Association), il-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja Chris Said qal li dan l-aħħar l-Awtorità tad-Djar nediet 17-il skema differenti. Dawn l-iskemi huma intiżi primarjament sabiex jgħinu lil numru ta’ familji, koppji żgħażagħ u anzjani jaslu biex jixtru djarhom jew inkella jikru mingħand il-privat. Bejn l-2008 u l-2011, madwar 12,000 familja jew individwu gawdew minn waħda mill-iskemi tal-Awtorità tad-Djar. L-aktar skema popolari kienet dik tas-sussidju fuq il-kera tant li fl-erba’ snin li għaddew 5,288 familja gawdew minnha. 

Il-Ministru Chris Said qal li permezz tal-Iskema Kiri mnedija fix-xhur li għaddew, l-Awtorità tad-Djar irċeviet aktar minn 400 applikazzjoni minn sidien ta’ djar u appartamenti privati li jridu jikruhom lill-Awtorità tad-Djar għal perjodu minimu ta’ 10 snin. Dawn il-proprjetajiet jerġgħu jinkrew mill-Awtorità lill-klijenti tagħha. Din l-iskema diġà kienet suċċess u għaldaqstant il-Gvern u l-Awtorità tad-Djar ħassew li għandha tiġi estiża b’mod indefinit.  Ir-regolamenti kienu rfinuti sabiex il-proċess tal-applikazzjoni jkun simplifikat, filwaqt li l-iskema issa se tkun miftuħa wkoll għal postijiet ġebel u saqaf.  F’każ li l-Awtorità tad-Djar issib li l-postijiet ikunu tajbin għall-kiri, is-sidien jingħataw perjodu ta’ żmien ċans sabiex ilestu x-xogħlijiet b’tali mod li jkunu jistgħu jinkrew. Is-sidien jistgħu jibbenefikaw minn rata ta’ taxxa vantaġġjuża ħafna ta' 5% flok ir-rata massima normali ta’ 35%.  

Il-Ministru Chris Said fakkar ukoll li bħalissa l-Awtorità tad-Djar poġġiet għall-bejgħ bi prezz issussidjat 123 fond residenzjali u 98 garaxx fi 15-il lokalità differenti. Hu qal li qed tinħadem skema oħra intiża biex tgħin lil dawk li jridu jixtru l-ewwel proprjeta’ tagħhom mingħand il-privat. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow