STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ B’RISPOSTA GĦALL-ISTQARRIJA TAL-KELLIEMA TAL-OPPOŻIZZJONI DWAR IS-SAĦĦA MARIE LOUISE COLEIRO PRECA
L-Oppożizzjoni tappoġġja lil min irid iħammeġ il-ħidma tal-professjonisti tas-saħħa
L-Oppożizzjoni Laburista użat rapport żbaljat li ġie ppublikat il-bieraħ biex tipprova tħammeġ ir-reputazzjoni tas-settur tas-saħħa ta’ pajjiżna.
Il-Ministeru jiddeplora dan l-aġir minn Oppożizzjoni li filwaqt li moħħha biex tieħu xi gwadann minn fuq dan ir-rapport, lanqas biss indunat b’dak li stqarrew il-Ministeru u d-Dipartiment tas-Saħħa il-bieraħ stess.
Dan ir-rapport għandu ċifri u informazzjoni skoretti dwar Malta, madanakollu l-Oppożizzjoni appoġjat ir-rapport minflok lilll-professjonisti u lill-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa Maltin u Għawdxin.
Il-fatti juru li aktar pazjenti qed jużaw aktar minn 4,000 servizz tas-saħħa b’xejn li joffri l-Gvern Malti. Il-fatti juru wkoll li l-lista ta’ servizzi qed tiżdied għall-ġid tal-pazjenti. Il-Gvern qed idaħħal ukoll aktar servizzi ta’ prevenzjoni.
L-Oppożizzjoni warrbet dak li qed jinkiseb mill-professjonisti Maltin f’Malta, u appoġjat rapport li ġie ppreżentat waqt attività informali u li ma għandha l-ebda appoġġ mill-Kummissjoni Ewropea.
Il-Ministeru tas-Saħħa jirringrazzja lill-ħaddiema kollha fil-qasam tas-saħħa għas-servizzi li jagħtu biex jagħmlu differenza fil-ħajja tan-nies f’mumenti diffiċli. Mingħajr is-sehem u d-dedikazzjoni tagħhom pajjiżna ma kienx jilħaq ir-riżultati pożittivi fis-saħħa fl-interess tal-pazjenti.
Il-Gvern hu impenjat li jkompli jinvesti aktar fis-saħħa, kemm f’servizzi ta’ prevenzjoni kif ukoll fil-kura. B’dan il-mod inkomplu nagħtu servizzi ta’ kwalità għolja b’xejn.
Stqarrijiet Oħra:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017