LAQGĦA TAL-EUROGROUP U L-ECOFIN FI BRUSSELL
Il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech, ħalla Malta għal Brussell, fejn se jipparteċipa fil-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Affarijiet Ekonomiċi u l-Finanzi tal-Unjoni Ewropea (ECOFIN) kif ukoll tal-Eurogroup.
Fuq l-aġenda, se titkompla d-diskussjoni dwar il-baġit tal-Unjoni Ewropea għall-2013, ir-rekwiżiti ta’ kapital għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-kumpaniji ta’ investiment, id-direttiva dwar il-credit rating agencies.
Se ssir ukoll laqgħa ta’ djalogu Ministerjali dwar il-politika ekonomika mal-Kroazja u mal-ħames pajjiżi kandidati, l-Iżlanda, l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro, is-Serbja u t-Turkija.
Tonio Fenech hu akkumpanjat mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, Alfred Camilleri.
Stqarrijiet Oħra:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017