RIKONOXXIMENT LILL-INFERMIERA FIL-JUM INTERNAZZJONALI TAL-INFERMIERA
“Ir-rwol tal-infermier huwa essenzjali f’kull sistema tas-saħħa, u jirrikjedi mhux biss għarfien professjonali, imma wkoll dedikazzjoni kostanti”
Hekk stqarr il-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità, Hon Joe Cassar waqt okkażjoni informali flimkien ma numru ta infermiera fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali dedikat għall-Infermiera. Imdawwar b’l-aktar infermiera li ilhom, u għadhom jagħtu servizz fil-qasam tas-saħħa lokali, il-Ministru Cassar qal kif l-infermier imiss ma kull naħa tas-servizzi tas-saħħa.
Dr Cassar wera r-rikonoxximent tiegħu lejn l-infermiera kollha li jaħdmu fl-oqsma differenti tas-servizzi tas-saħħa, kemm dawn pubbliċi u privati, kif ukoll lejn dawn l-infermiera u għalliema li jużaw l-esperjenza u għarfien tagħhom sabiex dawk li qed jieħdu t-taħriġ tagħhom jaslu biex isiru infermiera professjonisti. Il-Ministru Cassar qal li l-pazjent huwa dak li jibbenefika mhux biss mill-ħidma u t-tagħrif tal-infermier, iżda wkoll mill-umanità li l-infermier juri lejn pazjenti f’mumenti partikolari ta ħajjithom.
Hu spjega kif l-infermiera li dalgħodu attendew l-attività urew ukoll kemm għandhom il-pazjent għall-qalbhom anke peress li d-deċiżjoni li jibqgħu jipprattikaw il-professjoni tagħhom fissret li għamlu dan b’umiltà bħala infermiera fi gradi elementariu fis-servizz.
Il-Ministru Cassar awgura li d-dedikazzjoni u l-enerġija tal-infermiera preżenti għall-okkażjoni, li minkejja li qabżu l-età tal-pensjoni iddeċidew li jibqgħu jagħtu l-kontrubut tagħhom, jintużaw bħala sors ta ispirazzjoni minn min għadu jibda l-karriera fi ħdan din il-professjoni.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunità, Mario Galwa qal li l-kontribut li n-nurses jagħtu lis-soċjetà huwa kbir ħafna u minħabba li s-servizz tagħhom imiss ma’ sitwazzjonijiet sensittivi mhux dejjem ikunu apprezzati biżżejjed u daqs kemm ħaqqhom. In-nurses jiċċelebraw il-hajja, janimawha u jieħdu ħsiebha b’impenn u imhabba. In-nurses jieqfu lit-traġedji bl-enerġija tagħhom u jagħmlu min kollox biex isalvaw l-individwu konċernat.
Mario Galea żied jgħid li n-nurses illum qed ikomplu l-istudji tagħhom u qed jimirħu iktar. Mill-1989 sal-2011 iggradaw 6 Ph.D, 42 M.Sc, 481 Baccelarat u 694 Diploma. Dan fisser total tà 1217-il gradwat,
Mill-1989 sal-2011 49 nurse ħadu Baċċelerat fis-Saħħa Mentali u 48 diploma fl-istess suġġett. 15-il nurse fil-perjodu imsemmi iggradwaw B.Sc Community Nursing
Fi-tmiem l-attività l-infermiera ġew preżentati b’tifkira tal-okkażjoni.
Stqarrijiet Oħra:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017