Left arrow Go Back

IL-GOZO CHANNEL TOFFRI SERVIZZ BLA HLAS GHALL-PASSIGGIERI LI JAQSMU LEJN GHAWDEX GHAL-LEJLET LAPSI NOTTE GOZITANA

pr1077
Date Icon 11/05/2012

Il-kumpanija Gozo Channel ser tkun qed toffri trasport bla ħlas lil dawk il-persuni li jaqsmu minn Għawdex għal Malta bejn nofs illejl tas-Sibt, 19, u nofs i-llejl tal-Ħadd, 20 ta’ Mejju. Dan mistenni jkompli jattira aktar Maltin u b’hekk jikkontribwixxi għas-suċċess tas-sitt edizzjoni ta’ Lejlet Lapsi Notte Gozitana organizzata mill-Ministeru għal Għawdex. Din l-offerta ma tapplikax għall-vetturi.

Il-Ġimgħa, 18 ta’ Mejju, fid-9.00 p.m. f’Misraħ San Franġisk se jittella’ spettaklu ta’ mużika u żfin akkumpanjati minn filmati, kollox mislut mid-dinja ċinematografika. Għal din l-attività hu meħtieġ ibbukkjar minn qabel. Dan jista’ jsir fuq 2215 6700, jew info@gozoculture.com.

Is-Sibt, 19 ta’ Mejju fl-10.30 a.m. fl-amfiteatru tal-ġnien Villa Rundle, ser jittella’ spettaklu mill-protagonisti tal-programm popolari televiżiv, Déjà-vu.  Mit-8.00 p.m. ’il quddiem, bosta nħawi tal-Belt Victoria, se jkunu ċentri ta’ għadd ta’ attivitajiet. Villa Rundle se tieħu l-ħajja b’għadd ta’ animazzjonijiet immirati għat-tfal, b’karattri mill-cartoons, tpinġija tal-wiċċ, immudellar bil-bżieżaq, wirjiet tal-pupazzi u spettakli ta’ żfin mit-8.30 p.m. ’il quddiem.

Mid-9.00 p.m. ’il quddiem fi Triq ir-Repubblika se jkun hemm varjetà sħiħa ta’ animazzjoni. F’Misraħ San Ġorġ  se jkun hemm kunċerti mid-Divine Sinners Band fid-9.15 p.m, Spiru Sillato u The Tramps’ Band fil-11.30 p.m. u l-grupp Spectrum fis-siegħa ta’ filgħodu.

Fi Pjazza Indipendenza, il-vjolinisti Jean Noel u Pierre Louis Attard flimkien mas-surmast Colin Attard fuq il-pjanu se jtellgħu kunċert għall-pjanu u strumenti tal-korda. It-temperament mużikali jaqleb għall-istil jazz mat-tokki tal-10.00p.m.  permezz ta’ wirja tal-artist Malti Domenic Galea li ser ikun segwit minn Brass Delights, diretti minn Jason Camilleri, fil-11.00p.m. Is-serata mużikali tkompli permezz ta’ Pjazza Chillout, pjanu u jazz, koordinati minn Mro Mark Gauci f’nofsillejl.

It-toroq dojoq u l-isqaqien tal-Belt Victoria, il-Borgo u l-Mandraġġ, jieħdu dehra ġdida fid-9.00 p.m. permezz ta’ rappreżentazzjoni storika tal-Gran Mastru akkumpanjat mill-Kavallieri tiegħu mtellgħa mix-Xagħra Historical Re-enactment Group. Ta’ Verna Folk Band se jesegwixxu mużika popolari u tradizzjonali f’Misraħ P. Akkursju Xerri fid- 9.30p.m. waqt li Tal-Fuklar Folk Band se jagħtu wirja simili fi Triq id-Dejqa fl-10.00p.m.

L-ispettaklu f’Misraħ il-Katidral jibda fid-9.00p.m. permezz ta’ żfin, kant, mużika u teatru minn The Powerhouse diretti minn Melanie Zammit. L-aqwa siltiet mill-ispettaklu Brażiljan RIO, jitwasslu mill-YADA Dance Company diretta minn Felix Busuttil, fl-10.00p.m. Fil-11.00p.m. jibda Pjazza ta’ Kulturi, kunċert spettakolari minn Osteria dei Pensieri, banda akwistika folkloristika Taljana flimkien mal-grupp lokali Hamam.

Fl-20 ta’ Mejju mid-9.00a.m. sat-8.00p.m. il-ġonna Villa Rundle se jimtlew bl-ilwien tal-kostumi mżewqa ta’  gruppi folkloristiċi Għawdxin, logħob tradizzjonali u attivitajiet oħra li ser janimaw dan il-ġnien li reġa’ nfetaħ għall-publiku f’dawn il-jiem. Fl-amfiteatru ġdid fl-istess ġnien, fl-10.00 a.m. l-istudenti tal-iskejjel tal-knisja ser itellgħu l-musical Għawdex u Ġrajjietu. Vetturi ta’ trasport klassiċi se jkunu għall-wiri mill-10.00a.m. ’l quddiem fit-triq il-ġdida qrib l-iskejjel sekondarji tal-bniet u s-subien.

Il-programm imħejji għall-edizzjoni ta’ Lejlet Lapsi Notte Gozitana ta’ din is-sena jersaq lejn tmiemu permezz ta’ rappreżentazzjoni tal-musical “Stella u Leone”, ibbażat fuq il-kitba tal-poetessa Għawdxija Mary Meilaq. Din ser tittella’ mill-Klabb Teatru Għawdxi taħt id-direzzjoni ta’ George Mizzi ġewwa Ġnien Villa Rundle fit-8.00p.m.

Minbarra s-servizzi regolari li jibqgħu għaddejjin sal-11.00 p.m. il-kumpanija Arriva se topera servizzi speċjali lejn kull raħal u lejn il-port tal-Imġarr f’nofs il-lejl tal-Ġimgħa, 18 ta’ Mejju, u wkoll kmieni sbieħ il-Ħadd, 20 ta’ Mejju b’servizzi fin-nofs siegħa u s-sagħtejn ta’ filgħodu.

Aktar informazzjoni tista tinkiseb permezz tat-telefown fuq 2215-6700, jew permezz ta’ email lil info@gozoculture.com inkella fuq is-siti www.gozo.gov.mt, www.eco-gozo.com jew www.gozoculture.com.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow