Left arrow Go Back

INVESTIMENT TA’ €1.22 MILJUNI F’APPARAT ĠDID GĦALL-KORP TAL-PULIZIJA

pr1071
Date Icon 11/05/2012

Il-Ministru tal-Intern u l-Affarijiet Parlamentari, Carm Mifsud Bonnici illum nieda vetturi u tagħmir ieħor ġdid għall-Korp tal-Pulizija li xtara b’investiment ta’ €1.22 miljuni. Parti minn dan it-tagħmir ġie akkwistat b’finanzjament mill-Fond tal-Fruntieri Esterni (External Borders Fund) tal-Unjoni Ewropea.

Bit-tnedija ta’ dawn il-vetturi l-ġodda, il-Korp tal-Pulizija ser ikun mgħammar aħjar biex jiġġieled il-kriminalità fil-forom kollha tagħha u jsaħħaħ il-kontroll taż-żoni kostali biex tiġi konsolidata il-ġlieda kontra l-immigrazzjoni irregolari. Fil-fatt, 22 mill-vetturi tat-tip Ford Focus li tniedew illum, ser jieħdu post il-flotta ta' vetturi li prezentement qed tintuża mill-iskwadra mobbli tal-Korp, li hija l-iskwadra li fil-parti l-kbira tal-każijiet tkun l-ewwel waħda li tintervjeni f'każ ta’ bżonn.  Il-vetturi l-oħra, fosthom 4 Land Rovers, ser ikunu qed jintuzaw minn sezzjonijiet oħra mpenjati fuq kontroll tal-fruntiera fl-inħawi kostali, fosthom dawk tat-taqsima tal-immigrazzjoni, l-SAG u l-ALE.

F’diskors qasir wara it-tnedija tal-inġenji ġodda, il-Ministru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari Carm Mifsud Bonnici qal li l-parti l-kbira tal-ħidma imwettqa mill-Pulizija ta’ pajjiżna issir fis-silenzju u b’sens ta’ sagrifiċċju kbir mill-membri tal-Korp.

“Pajjiżna jeħtieġ forza taż-żamma tal-ordni li tkun mgħammra sew biex tiġġieled il-kriminalità biex f’pajjiżna tirrenja l-paċi pubblika u l-bon ordni. Dan huwa impenn tal-gvern biex ikompli jissoda il-Korp tal-Pulizija. L-istrateġija mħaddma mill-Korp hija waħda ta’ suċċess għax huwa fatt magħruf li r-rata ta’ kriminaltà f’pajjiżna hija baxxa meta mqabbla ma pajjiżi oħra. Dan il-fatt huwa ta’ ġid ukoll għall-ekonomija tagħna, t-turiżmu lejn pajjiżna u s-soċjetà in ġenerali.

“L-investiment tal-lum huwa importanti ħafna biex il-poplu jkollu iktar serħan il-moħħ u jkun konxju li l-Korp tal-Pulizija għandu l-għodda neċessarja biex jiġġieled il-kriminalità,” qal il-Ministru.

Il-vetturi kollha huma mgħammrin bl-arju kundizzjonata, radju tas-servizz u dwal tal-emerġenza.

Il-lista tat-tagħmir li ġie mniedi llum huwa s-segwenti:

Mill-fondi tal-Gvern

22 Ford Focus (2012) saloon biex jinbidlu l-vetturi kollha tal-Mobile Squad.

Mill-External Borders Fund

finanzjament ta’ 80% mill-UE, 20% fondi tal-Gvern Malti

12 Ford Focus saloon bojod li se jintużaw minn unitajiet diversi fil-korp, prinċipalment dik tal-Immigrazzjoni, għal skop ta’ patrol u infurzar tal-liġi in konnessjoni mal-kontroll tal-fruntieri

2 Panel Vans użati għal ġarr ta’ tagħmir speċjalizzat in konnesjoni mal-istess qasam

4 Land Rovers użati minn taqsimiet diversi fosthom l-SAG u l-ALE biex jilħqu u jikkontrollaw aħjar dawk iż-żoni aktar inaccessabli tax-xtut Maltin

2 trakkijiet bil-floodlights għall-investigazzjonijiet f’postijiet remoti jew mudlama madwar ix-xtut

2 dinghies għall-inshore patrols kontra attività konnessa mal-immigrazzjoni illegali

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow