Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN BI TWEĠIBA GĦAL ARTIKLU LI DEHER F’ĠURNAL LOKALI

pr1067
Date Icon 11/05/2012

Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin jirreferi għal artiklu stampat fil-ġurnal "L-Orizzont." Dan l-artiklu tratta każ ta' ċittadin Libjan li mar japplika għal viża għalih u għal ibnu fil-Konsolat Malti ġewwa Tripli.

Il-fatti huma dawn li ġejjin:

-  Viża biex hu u ibnu jiġu Malta ġiet offruta lilu minnufih; 

-  Mhux minnu li l-applikant ma tħalliex japplika għal viża taż-żona Schengen.

- Viża għaż-żona Schengen tirrikjedi madwar ġimgħatejn żmien sabiex tiġi proċessata. Dan fid-dawl tal-fatt li l-pajjiżi membri kollha taż-żona Schengen jkunu jridu jagħtu l-kontribut tagħhom fid-deċiżjoni. Dan kien spjegat lill-applikant.

-  L-applikant irrifjuta b’mod kontinwu li japplika għal viża maħruġa għal Malta biss. Din it-tip ta’ viża tinħareġ f’qasir żmien.

-  L-applikant qatt ma ppreżenta dokumenti li juru li għandu appuntament ma’ xi sptar jew klinika f’Malta jew xi pajjiż ieħor fiż-żona Schengen

- L-applikant ingħata spjegazzjoni ta’ dan kollu u anke ngħataw dettalji lilu tal-proċedura li jrid isegwi biex jagħmel kuntatt ma’ sptar f’Malta għal appuntament.

Dan il-każ ma jtappan xejn il-ħidma intensiva li qed iwettaq il-Konsolat Malti fi Tripli. Iktar minn 6,500 viża ġew maħruġa mill-Konsolat Malti fil-Libja din is-sena. Din hija medja ta’ 360 viża fil-ġimgħa.

Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin  jikkundanna l-fatt li minkejja li kien infurmat b’dan kollu, il-ġurnal “L-Orizzont” għażel li jippubblika storja b’mod inġust u li jitfa’ dubji serji dwar l-integrità tal-uffiċjali fi ħdan il-Konsolat Malti.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow