MAĦTUR BORD TA’ INKJESTA BIEX JINVESTIGA L-GĦOTI TA’ XOGĦLIJIET TA’ TOROQ FIL-MOSTA
pr1057
10/05/2012
Il-Ministru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari, l-Onor. Carm Mifsud Bonnici, illum ħatar Bord ta’ Inkjesta ‘ai termini’ tal-Artikolu 4 tal-Att dwar l-Inkjesti (Kap. 273) sabiex jinvestiga l-għoti ta’ xogħlijiet ta’ toroq fi Triq id-Dawr u Triq l-Istrinġell fil-Mosta, mill-Kunsilli Lokali tal-Mosta.
Il-Bord ser ikun ippresedut mis-Sur Louis Cilia bħala Chairman. Il-membri l-oħra tal-Bord huma is-Sur Martin Scicluna u s-Sur Natalino Attard.
It-termini tal-inkjesta huma spjegati fl-ittra tal-ħatra meħmuża ma’ din l-istqarrija.
Stqarrijiet Oħra:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017