STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT
B’referenza għad-diskors li għamel l-Onor. Joe Mizzi waqt l-aġġornament tas-seduta 469 tat-8 ta’ Mejju 2012 fejn irrefera għall-kwestjoni tal-Mercaptan, il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech bagħat kopja tar-rapport tal-Bord tal-Inkjesta lill-Kummissarju tal-Pulizija u talbu biex jinvestiga l-allegazzjonijiet. Kopja tal-ittra li l-Ministru Fenech bagħat lill-Kummissarju tal-Pulizija hija mehmuża ma’ din l-istqarrija.
Ma’ din l-istqarrija qed tigi mehmuża wkoll ir-risposta li ngħatat mill-Korporazzjoni Enemalta lill-Ministru Fenech għall-Mistoqsija Parlamentari 23431 li saret mill-Onor. Leo Brincat, kif ukoll il-background information għall-istess mistoqsija. Il-file oriġinali ta’ din il-Mistoqsija Parlamentari tqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra fis-seduta tal-lejla.
Il-Ministru Fenech isostni li l-irġulija u r-rispett lejn il-Parlament jitolbu li l-Onor. Joe Mizzi ma jinħebiex wara privileġġi Parlamentari izda jgħid barra l-Parlament dak li qal fis-seduta tal-bieraħ biex ikun jista’ jsir libell kontra l-Onor. Mizzi.
Stqarrijiet Oħra:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017