STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-AFFARIJIET BARRANIN
Il-vapur Azzurra jħalli l-port ta’ Tripli
Il-vapur Azzura ħalla l-port ta’ Tripli llum wara nofsinhar. Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi intervjena u tkellem mal-Prim Ministru Libjan Abdurrahim El-Keib biex il-vapur jitħalla jitlaq mill-Libja. Saru wkoll laqgħat kemm f’Malta u kemm fil-Libja bejn il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin Tonio Borg u l-ogħla awtoritajiet tal-Gvern Tranżitorju Libjan. Il-vapur seta’ jsalpa mill-port wara li saru dawn l-interventi u l-laqgħat. L-Ambaxxatur Malti għal Libja, is-Sur Victor Camilleri kien preżenti għal dawn il-laqgħat fi Tripli.
Il-vapur ta’ sidien Maltin kien ilu diversi jiem maqbud fil-Port ta’ Tripli wara xi differenzi li rriżultaw bejn is-sidien tal-vapuri u l-awtoritajiet Libjani. Numru ta’ ħaddiema Maltin li kienu fuq dan il-vapur kienu diġà rritornaw Malta jiem ilu.
Stqarrijiet Oħra:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017