STQARRIJA KONĠUNTA TAL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U AFFARIJIET RURALI, KOPERATTIVA NAZZJONALI TAS-SAJD U GĦAQDA KOPERATTIVA TAS-SAJD
Jitkomplew id-diskussjonijiet bejn il-Gvern u l-Koperattivi tas-sajjieda
Illum saret laqgħa oħra bejn il-Ministeru tar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, il-Koperattiva Nazzjonali tas-Sajd u l-Għaqda Koperattiva tas-Sajd.
Il-laqgħa, li kienet waħda kordjali u li tmexxiet mill-Ministru Pullicino, wasslet biex kien hemm qbil fuq maġġoranza tal-punti li kienu ressqu s-sajjieda fil-proposti oriġinali tagħhom.
Dwar l-issue pendenti ta’ skema ta’ assigurazzjoni għas-sajjieda ġew diskussi numru ta’ alternattivi u issa ser titkompla d-diskussjoni ma’ kumpaniji tal-assigurazzjoni.
Dwar l-issue ta’ kumpens għas-sajjieda tal-pixxispad, matul il-laqgħa kien hemm skambju ta’ proposti u issa a bażi ta’ dan, ser jitkomplew id-diskussjonijiet fil-ġimgħat li ġejjin.
Fuq l-issue tad-diversifikazzjoni għall-mistier tas-sajd, ġie maqbul li jitwaqqaf kumitat konġunt li fih tkun tista’ ssir diskussjoni kostruttiva bl-iskop li titlesta strateġija maqbula f’dan ir-rigward.
Stqarrijiet Oħra:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017