APPROVATA L-ĦATRA TA’ MAĠISTRAT ĠDID
pr1034
07/05/2012
Il-Kabinett tal-Ministri dalgħodu approva n-nomina tal-Avukat Dr. Ian Farrugia bħala Maġistrat fil-Qrati ta’ Malta.
Dr. Ian Farrugia twieled nhar id-29 ta’ Diċembru 1970 f’Ħ’Attard. Hu ggradwa bħala Avukat mill-Università ta’ Malta fl-1995. Ipprattika l-professjoni tiegħu f’uffiċċju legali u speċjalizza fil-Liġi Kriminali.
Fl-2004 serva bħala membru ta’ bord ta’ inkjesta maħtur mill-Bord tal-Koperattivi. F’Ġunju 2010 inħatar President tal-Council for the Professions Complimentary to Medicine imwaqqaf bl-Att dwar il-Professjonijiet fil-Kura tas-Saħħa.
Dr. Farrugia hu miżżewweġ lil Lynn nee` Gaskell u għandhom tifel.
Il-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja Chris Said jifraħ lill-Maġistrat il-ġdid.
Stqarrijiet Oħra:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017