STQARRIJA TAL-GVERN
Dott Muscat juri disprezz lejn il-Parlament - irid jiehdu lura ghas-snin 70 u 80 ghax jahseb li bit-tisbit tas-saqajn jasal
Dott Muscat jibqa’ juri inkompetenza politika. Dott Muscat fehem hazin il-cable li Wikileaks qalet li ntbagħtet mill-Ambaxxata Amerikana lill- Unjoni Ewropea.
Flok jammetti li zbalja Dott Muscat qed jipprova jaghti ragun lilu nnifsu u qed juri disprezz lejn il-Parlament billi flimkien ma’ Dott George Vella pprezenta mozzjoni mibnija fuq premessi zbaljati. Dott Muscat u Dott Vella jridu jergghu jiehdu l-Parlament lura ghas-snin 70 u 80, fejn min isabbat saqajh jahseb li ghandu ragun. Il-Parlament Malti mhux kangaroo court kif iridu u jahsbu li hu Dott Muscat u l-ppozizzjoni laburista.
Dott Muscat ghandu jammetti li zbalja u ma jkomplix jaghmel hsara lill-pajjizna billi jaghti interpretazzjoni hazina ta' cable ghaliex ma fehemux.
Dott Muscat jaghzel li jaghmel attakki personali fuq ir-Rapprezentant Permanenti ta’ Malta ghall-Unjoni Ewropea Richard Cachia Caruana.
Ir-Rapprezentant Permanenti ta’ Malta ghall-Unjoni Ewropea f'kull kariga li kellu dejjem mexa fuq il-politika deciza mill-Gvern. Dott Muscat ghandu diffikulta wkoll jifhem dan il-fatt, li ufficjal jimxi fuq il-politika tal-Gvern.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017