STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ
L-Oppożizzjoni tinqabad f’kontradizzjoni oħra dwar is-saħħa
Jekk l-Oppożizzjoni jkollha l-poter f’idejha, min juża s-servizzi tas-saħħa ma jistax iserraħ moħħu mis-servizzi tas-saħħa. Meta l-Partit Laburista kellu l-poter f’idejh daħħal taxxi u ħlasijiet fuq is-saħħa u fuq il-mard. Iżda mhux biss. F’dawn l-aħħar ġranet l-Oppożizzjoni tkellmet dwar is-saħħa u uriet li ma tafx x’qed jiġri fis-settur, mhix aġġornata mal-iżviluppi mediċi li qed isiru, fehmet ħażin dak li kien għaddej fl-isptar Mater Dei u għamlet ukoll kritika li permezz tagħha maqdret dak li jagħmlu l-ħaddiema ta’ dan is-settur tant importanti.
L-Oppożizzjoni Laburista llum inqabdet f’kontradizzjoni oħra dwar is-saħħa. Wara li għamlet ġranet sħaħ turi li mhix kapaċi tifhem għaliex il-Kap Eżekuttiv tal-Isptar Mater Dei iltaqa’ ma’ ħaddiema, illum ippubblikat e-mail li turi biċ-ċar li dak li kienet qed tgħid l-Oppożizzjoni kien totalment żbaljat
Fil-fatt, fl-emails li ppubblikat l-Ooppożizzjoni stess, il-Kap Eżekuttiv qal dan li ġej:
“I would like to clarify that there are no decisions to move rehabilitation
services from MDH.
I think your information has arisen from a meeting that I have carried out
with the heads of OT, Physiotherapy and Speech therapy where I told them
that as part of an exercise where we are investigating possible use of
areas for wards, their area had been earmarked as a potential area to be
converted into wards. I have done similar exercises, exactly on the same
lines, with various departments at MDH over the last year since I have been
at MDH.
In my meeting I asked these people to provide me with pros and cons and
ideas of how, if (and only if) their section would be taken, can we retain
the same level of service to Rehabilitation at MDH from their departments.
May I repeat that there is no 'fait accompli' on anything.
Finding new ward areas at MDH was not originally part of the terms of
reference of the task force, which is why the subject never came up in the
meetings. I see no problem to bring it up in the task force meetings too
if we agree.”
Dan jipprova biċ-ċar li mhux veru li ttieħdu deċiżjonijiet dwar dawn is-servizzi, kif insinwat l-Oppożizzjoni. Dan juri li l-Oppożizzjoni ma kienet qed tifhem xejn u għalhekk waslet għal konklużjonijiet żbaljati.
Illum, permezz tal-istqarrija tagħha, l-Oppożizzjoni saħansitra meriet lilha nnifisha, u dan jitfa dubji serji dwar kif l-Oppożizzjoni qed tħares lejn is-settur tas-saħħa.
L-Oppożizzjoni għandha tispjega wkoll għalfejn biddlet is-suġġett tal-konferenza tal-aħbarijiet li għamlet fl-isptar Mater Dei nhar il-Ħamis li għadda, meta kellha titkellem fuq allegat tnaqqis fis-servizzi tas-saħħa imma fil-fatt tkellmet fuq affarijiet li mhux minnhom.
Il-fatti juru li s-servizzi tas-saħħa, anke sa dakinhar li saret il-konferenza tal-aħbarijiet mill-oppożizzjoni, komplew jiżdiedu. U dawn is-servizzi qed jiżdiedu għaliex il-Gvern din is-sena alloka 29 miljun ewro għas-saħħa aktar mis-sena li għaddiet.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017