Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, EKONOMIJA U INVESTIMENT

pr1014
Date Icon 04/05/2012

L-MEP Edward Scicluna qed jipprova jqarraq bi tweġiba tal-Kummissjoni Ewropea li tgħid proprju l-oppost ta’ dak li qed jgħid hu stess!

Mhux veru dak li qal l-MEP Laburista li r-reviżjoni parzjali tal-budget saret wara xi twissija tal-Kummissjoni Ewropea.  F’Jannar, ir-risposta tal-istess Kummissjoni li ppubblika hu stess, ixxejjen l-istess allegazzjoni tiegħu. Filfatt, il-Kummissjoni qalet li hi kienet wettqet assessment dwar il-finanzi tal-pajjiż u l-konklużjoni tagħha kienet li l-Gvern Malti ħa miżuri tajba u f’waqthom biex ma jkunx hemm żbilanċ eċċessiv.

Dan ifisser, li mhux talli l-Kummissjoni ma wissitx lill-Gvern Malti fuq il-qagħda finanzjarja tiegħu, talli esprimiet il-fiduċja li d-deċiżjonijiet u l-politika tal-Gvern Malti fil-qafas tal-Baġit 2011 għandhom iwasslu biex is-sitwazzjoni finanzjarja titjieb b’tali mod li din is-sena d-defiċit jerġa’ jitniżżel taħt il-limitu ta’ 3% tal-Prodott Domestiku Gross, li huwa l-limitu aċċettabbli fil-qafas tal-Patt ta’ Tkabbir u Stabbilità.  Filfatt, hekk kien il-każ, u dan kienet ikkonfermat matul April fejn il-Kummissjoni Ewropea ċċertifikat li Malta għalqet l-2011 b’defiċit ta’ 2.7% u kienet waħda minn sitt pajjiżi biss fiż-żona tal-ewro li rnexxielha tagħmel dan.

Il-Fond Monetarju Internazzjonali mar pass oltre, u ddefinixxa t-tnaqqis fid-defiċit ta’ pajjiżna bħala wieħed bl-aqwa tisħiħ fil-qagħda finanzjarja fost il-pajjiżi avvanzati. Fi previżjonijiet dwar it-tkabbir ekonomiku għall-2012, l-IMF qed tipprevedi li Malta jkollha t-tielet l-akbar tkabbir fiż-żona ewro għall-2012.

Din id-dikjarazzjoni tal-MEP Laburista tixhed l-isforz kontinwu tal-Oppożizzjoni li tagħti stampa negattiva dwar pajjiżna, u biex tagħmel dan lesta toħloq qlajjiet li mhumiex minnhom. Biex tikseb gwadann politiku, l-Oppożizzjoni lesta ttellef l-istabbilità tal-pajjiż, għad-dannu tal-postijiet tax-xogħol tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow