Left arrow Mur Lura

AVVIŻ LEGALI LI JDAĦĦAL FIS-SEĦĦ REGOLAMENTI DWAR L-ISTITUZZJONI GĦAL STUDJI TURISTIĊI

pr1009
Date Icon 04/05/2012

Kif jitlob l-Att dwar l-Edukazzjoni, illum kien ippubblikat Avviż Legali li jdaħħal fis-seħħ Regolamenti dwar l-Istituzzjoni għal Studji Turistiċi.

Permezz ta’ dan l-Avviż Legali, l-Istituzzjoni għal Studji Turistiċi ngħatat personalità ġuridika biex tkun tista’ taħdem b’mod awtonomu.

Dawn ir-Regolamenti se jkomplu jsaħħu l-effiċjenza tal-operat tal-ITS u jgħinuha tiżviluppa skont il-ħtiġijiet tal-istudenti u tal-industrija turistika. L-Avviż Legali se jgħin fis-sistema ta’ liċenzjar, akkreditament u assikurazzjoni tal-kwalità kif proposta fid-diskussjonijiet fil-Parlament dwar l-abbozz li jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni.

L-istituzzjoni issa se tkun aktar miftuħa għal relazzjonijiet internazzjonali u se jkollha aktar possibilità li twessa’ l-operat tagħha barra minn Malta u l-possibilità li  tattira numru akbar ta’ studenti barranin.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow