Left arrow Go Back

IMNEDIJA OCCUPATIONAL STANDARDS GĦAL IMPJEGATI F’CHILD CARE CENTRES

pr1007
Date Icon 04/05/2012

Il-Gvern hu kommess li jkompli jassigura l-provvista ta’ servizz ta’ child care tal-ogħla kwalita’ fl-interess tat-tfal u tal-familji tagħhom. Għal dan il-għan tniedew għall-konsultazzjoni pubblika l-Occupational Standards għall-impjegati f’child care centres.

Id-dettalji ngħataw waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol Dolores Cristina u mill-Ministru tal-Ġustizzja, l-Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja Chris Said.

Il-Ministru Chris Said qal li l-Gvern, bi sħab mal-MCAST u l-ETC, se jkun qed jgħin lil kull min hu involut fil-ħarsien tat-tfal u lil kull min jaħdem f’child care centres biex jilħaq dawn l-istandards.  Filwaqt li l-istandards tal-2006 kienu jitkellmu dwar managers u carers kwalifikati, dawn ma kienux jispeċifikaw x’tip ta’ kwalifiki għandu jkollhom. Issa qed jiġi stabbilit li manager ta’ child-care centre irid ikollu kwalifika fit-tmexxija ta’ child care centre għal tfal taħt it-tliet snin – f’livell MQF 5 jew ogħla; u carer irid ikollu kwalifika fil-ħarsien tat-tfal taħt it-tliet snin f’livell MQF 4 jew ogħla. LIstandards tax-Xogħol għall-impjegati f’child care centres jispeċifikaw il-ħiliet, l-għarfien u l-kompetenzi li għandu jkollhom carers u managers rispettivi fir-rwoli u l-funzjonijiet li jaqdu f’child care centre.

Il-Ministru Chris Said qal li f’pajjiżna hawn 53 child care centre reġistrat mad-Dipartiment għall-Istandards ta’ Ħarsien Soċjali (DSWS). Bejniethom dawn jimpjegaw madwar 300 ħaddiem, fil-maġġoranza tagħhom managers u carers.  F’dawn iċ-child care centres jattendu madwar 1,500 tifel u tifla taħt it-tliet snin.

Il-Ministru Dolores Cristina qalet li l-istandards tax-xogħol fil-qasam tal-Ħarsien tat-Tfal ġew żviluppati biex jiddeskrivu l-għerf u l-ħiliet li child care workers u child care managers għandu jkollhom biex jiġu meqjusa bħala kompetenti fix-xogħol tagħhom.  Dan il-Gvern jirrikonoxxi li l-familji tagħna huma s-sisien tas-soċjetà tagħna u għalhekk qed ninvestu iktar minn qatt qabel fil-familji u t-tfal tagħna.

Dan qed inkomplu nuruh permezz ta’ dawn l-istandards tax-xogħol għaliex issa se jkollna għodda biex nissapportjaw lil kulmin jaħdem f’dan is-settur, biex kull min ikun involut f’dan ix-xogħol ikollu  l-ħiliet ġusti biex nassiguraw ħarsien tat-tfal eċċellenti.  Dawn l-istandards tax-xogħol ser ikunu element importanti għall-iżvilupp ta’ dan is-settur u ser jgħinu fost affarijiet oħra biex il-kwalifiki fis-settur tal-Ħarsien tat-Tfal ikunu bbażati fuqhom.

Huwa tabilħaqq essenzjali li jkollna nies kompetenti f’dan il-qasam u dan għar-raġuni li t-tfal tagħna jistħoqqilhom biss l-aħjar.  Wieħed mill-iktar fatturi mportanti li jaffettwa l-iżvilupp tat-tfal hija l-kwalità tal-edukazzjoni u ħarsien li jirċievu fl-ewwel snin ta’ ħajjithom.  Biex naċċertaw li dan iseħħ hemm bżonn li nipprovdu l-għodda biex nassiguraw li kull ħaddiem f‘dan is-settur u oħrajn li juru x-xewqa li jaħdmu f’dan is-settur jilħqu l-kriterji stabbiliti f’dawn l-istandards tax-xogħol.

Iċ-child care centres huma parti minn pjan ħolistiku tal-Gvern biex iħeġġeġ aktar nisa jipparteċipaw fid-dinja tax-xogħol.  Fl-aħħar ħames snin in-nisa li jaħdmu bi qliegħ żdiedu bi 8,294. Bejn Jannar u Diċembru 2011, l-ETC sabet impjieg lil 3,428 li minnhom 1,530 kienu nisa. Madanakollu dan mhux biżżejjed u hu essenzjali għall-ekonomija li dawn ikomplu jiżdiedu. Hu għalhekk li l-Gvern qed jinvesti ħafna f’family friendly measures u qed jaħdem biex itejjeb is-servizz taċ-child care centres.

Sadanittant id-Dipartiment għall-Istandards ta’ Ħarsien Soċjali (DSWS) qed jitlob il-kontribut tal-pubbliku fil-mili ta’ kwestjonarju li jista’ jitniżżel minnhttp://docs.google.com/spreadsheet/viewform?formkey=dC1GcDJreG9iaEVVT2xqMmJJYXlCQVE6MQ#gid=0.

Se jsiru wkoll tmien sessjonijiet ta’ konsultazzjoni bejn għada s-Sibt 5 ta’ Mejju u l-Erbgħa 23 ta’ Mejju 2012. Il-membri tal-pubbliku li jixtiequ jipparteċipaw huma mistiedna jikkuntattjaw lil Ms. Joelin Bezzina fuq joelin.bezzina@gov.mt jew bit-telefon fuq 22788356.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow