STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ
Wara li ndunat li żbaljat l-Oppożizzjoni tipprova ddawwar storja vvintata
Wara li lbieraħ għamlet insiwazzjonijiet li ma kienux minnhom, illum l-Oppożizzjoni iddeċidiet li iddawwar kompletament l-istorja għax indunat li dak li qalet ma kienx minnu.
Mhux veru li kien hemm deċiżjoni li jsir xi tibdil fir-Rehabilitation Block.
L-uniku fatt konsistenti hu dak li l-Oppożizzjoni kontinwament “tifhem ħażin”, jew tagħżel li tivvinta u tikteb stqarrijiet mimlija negattiviżmu, tmaqdir indirett lejn il-ħaddiema u premessi żbaljati.
Din in-negattività, li issa hija sinonima mal-Oppożizzjoni, qed twassal biex l-Oppożizzjoni stess tasal għal konklużjonijiet mgħaġġla u fuq kollox, żbaljati.
Il-fatti jibqgħu fatti u l-ebda tip ta’ tgħawiġ mhu se jbiddel dan. U l-fatti juru li l-Gvern jieħu s-saħħa bis-serjetà u għaddej b’investiment kontinwu u ġdid, għall-ġid ta saħħet il-poplu Malti u Għawdxi.
Din iż-żieda fis-servizzi qed issir minħabba l-fatt li l-Gvern żied il-baġit allokat għas-saħħa b’29 miljun Ewro. Il-fatti juru wkoll li l-Oppożizzjoni għadha ma ndunatx b’dan.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017