Left arrow Go Back

28 GĦAQDA TAL-BANDA JIBBENEFIKAW MINN SKEMA TAL-GVERN BIEX IWETTQU L-PROĠETTI TAGĦHOM

pr1002
Date Icon 03/05/2012

28 għaqda tal-banda irċevew kważi €70,000 bejniethom biex iwettqu proġetti għat-taħriġ mużikali taż-żgħażagħ ma’ dawn l-għaqdiet. Dan tħabbar mill-Onor. Clyde Puli, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, meta qassam din l-assistenza lill-każini tal-banda.

Waqt id-diskors tiegħu l-Onor. Puli qal li din hi wiegħda elettorali oħra tal-Gvern li twettqet għaliex il-Gvern jemmen li l-Każini tal-Baned qed iwettqu missjoni soċjali fis-soċjetà tagħna mhux biss għaliex jiffurmaw parti mit-tessut soċjali ta’ pajjiżna iżda għaliex fi ħdanhom jilqgħu ammont kbir ta’ żgħażagħ u jagħtuhom iċ-ċans li jissieħbu fl-għaqda, jmexxu kumitati u uħud minnhom jitħarrġu fil-mużika. Din l-iskema qed tkun amministrata minn Aġenzija Żgħażagħ u hija parti wkoll mill-Programm Nazzjonali ta’ Empowerment peress illi permezz ta’ din l-iskema ż-żgħażagħ jistgħu jakkwistaw ħiliet ġodda.

Is-Segretarju Parlamentari saħaq li l-għan ta’ din l-iskema hu li tagħti spazju lill-każini tal-baned joħroġu b’inizjattivi li bihom iħeġġu liż-żgħażagħ jibdew jitgħallmu strumenti mużikali u/jew itejbu s-servizzi ta’ tagħlim għal dawk iż-żgħażagħ li diġà qegħdin jattendu l-każini. Il-proġetti magħżula jvarjaw minn programmi ġodda ta’ taħriġ fil-mużika iżda wkoll titjib strutturali li jgħin fit-tagħlim tal-mużika, xiri ta’ apparat tekmoloġiku, bini u mmodernizzar ta’ swali fejn iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jitħarrġu u xiri ta’ strumenti mużikali.

L-Onor. Puli qal li l-għan tal-Gvern hu li fis-snin li ġejjin kull każin tal-banda jkun ibbenefika minn din l-iskema biex l-adolexxenti u ż-żgħażagħ tagħna jkollhom opportunitajiet miftuħa beraħ biex jitgħallmu l-mużika.

L-għaqdiet tal-baned li se jibbenefikaw minn din l-iskema huma: Banda Prekursur Xewkija; Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri Qormi; Soċjetà San Pawl Banda Konti Ruġġieru Rabat; Soċjetà Mużikali San Lawrenz Birgu; Soċjetà Filarmonika San Pietru B'Buġia; Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni Ħamrun; Soċjetà Filarmonika La Vittoria Mellieħa; Għaqda Mużikali Marija Assunta Gudja; Għaqda Mużikali Beland Żejtun; Għaqda Mużikali L'Isle Adam Rabat; Għaqda Mużikali San Leonardu Kirkop; Għaqda Mużikali Sant'Andrija Luqa; Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja Kalkara; Soċjetà Filarmonika Sta. Venera VM St. Venera; Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju Mqabba; Socjetà Muzikali Każin Banda San Pio X Lija; Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V Mqabba; Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Bastjan Qormi; Soċjetà Filarmonika Maria Mater Gratia Żabbar; Spinola Band Club St. Julians; Soċjetà Filarmonika Antione De Paule Banda Kristu Re Paola; Għaqda Mużikali San Pietru fil-Ktajjen B'Buġia; Għaqda Soċjali Mużikali Kristu Sultan Paola; Anici Band and Social Club Qormi; Soċjetà Filarmonika Santa Marija Żebbuġ Għawdex; Għaqda Mużikali Vittorja Naxxar; Għaqda Mużikali San Girgor Kerċem; Soċjetà Filarmonika L-Unjoni A.D. Luqa.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow