GĦOTI TAD-DEMM U ATTIVITÀ TA’ HEALTH AWARENESS F’GĦAWDEX
Nhar il-Ħadd 6 ta’ Mejju, iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex ser ikun miftuħ għall-pubbliku bejn it-8.30 a.m. u s-1 p.m. Dan bil-għan li joffri opportunità biex dawk kollha li jixtiequ jagħtu d-demm u ma jsibux ħin matul il-ġimgħa jkunu jistgħu jagħmlu dan matul dan in-nofstanhar.
Il-pubbliku huwa mħeġġeġ biex ikun aktar konxju tad-domanda kbira għad-demm u l-ħtieġa li min hu b’saħħtu jgħin permezz tad-donazzjoni tad-demm.
Importanti li kull min ikun ser jagħti d-demm jieħu miegħu l-Karta tal-Identità.
Barraminhekk fl-istess ġurnata bejn l-10 a.m. u s-6 p.m. ser issir attività ta’ Health Awareness fl-Istadium ta’ Għawdex fix-Xewkija waqt li tkun għaddejja l-maratona tal-futbol b’risq Puttinu Cares. Grupp ta’ studenti infermiera ser ikunu qed joffru servizzi biex isiru testijiet taz-zokkor fid-demm, tal-pressjoni fid-demm u jiġi ċċekkjat il-piż filwaqt li jingħata tagħrif dwar kif wieħed jista’ jnaqqas il-piż żejjed.
Kulħadd huwa mistieden u mħeġġeġ li jattendi għal dawn iż-żewġ attivitajiet ta’ promozzjoni tas-saħħa.
Stqarrijiet Oħra:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017