Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI

pr0990
Date Icon 03/05/2012

L-azzjoni mill-pitkala tal-frott u ħaxix

Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali jirreferi għall-azzjoni meħuda dalgħodu mill-pitkala tal-ħaxix u l-frott.

Il-Ministeru jiddeplora dan l-aġir mill-pitkala kontra l-bdiewa, l-bejjiegħa tal-ħaxix u l-konsumaturi.  Il-Ministeru jfakkar kif bħalissa għaddejjin taħdidiet twal u intensivi mal-istakeholders kollha tal-Pitkalija, inkluż il-pitkala, fil-qafas tar-riforma li qed tkun implimentata u li din l-azzjoni tmur kontra l-ispirtu ta’ djalogu li dejjem imxejna bih.  Infatti kien hemm laqgħa sal-bieraħ stess.

Fil-fatt id-deċiżjoni tal-azzjoni ttieħdet mill-pitkala tard il-bieraħ filgħaxija b’mod li l-bidwi jkun qata’ l-uċuħ tiegħu u b’hekk jagħmilha diffiċli li l-bdiewa jilħqu jorganizzaw ruħhom biex isibu jbigħu l-biegħa tagħhom. 

Il-pitkala qed jibbażaw l-azzjoni tagħom fuq żewġ punti.  Huma qed jitolbu żieda fil-kummissjoni fuq il-bejgħ, pero’ l-pożizzjoni tal-Gvern hija li kwalunkwe żieda trid tidħol fis-seħħ wara li jitlestew il-verifiki neċessarji mill-Ministeru.  Il-pitkala mhumiex jaqblu mad-deċiżjoni tal-Gvern li l-bdiewa jkunu shareholders fil-bord tat-tmexxija tal-kumpanija li se tkun qed tmexxi l-Pitkalija wara li titlesta r-riforma.  Bħala stakeholder ewlieni fil-Pitkalija, l-Gvern hu impenjat li jara li l-bidwi jkun rappreżentat bl-aħjar mod biex iħares l-interessi tiegħu.

Irid jingħad li s-sitwazzjoni dalgħodu fil-Pitkalija hija waħda ta’ koperazzjoni kbira u kollaborazzjoni bejn il-bdiewa, l-bejjiegħa u uffiċjali tal-Gvern li qed jassistuhom.  Il-bdiewa qed jirnexxielhom ibiegħu l-prodotti tagħhom lill-bejjiegħa.

Il-Ministeru jappella lill-pitkala biex mill-aktar fis iwaqqfu din l-azzjoni kontra l-bdiewa, l-bejjiegħa u l-konsumaturi u jirritornaw għad-djalogu.  Il-Gvern huwa dispost li mill-aktar fis ikompli bid-diskussjonijiet pero’ se jirriżerva d-dritt li jieħu kull azzjoni leġittima biex jiggarantixxi li l-prodott tal-bidwi jkun jista’ jinbiegħ u b’hekk il-bejjiegħa u l-konsumaturi jibqgħu jsibu provvista ta’ frott u ħaxix frisk.

Intant, kull min ikollu xi diffikulta’ jista’ jċempel fuq in-numru 2292 6104 fil-ħinijiet tal-uffiċċju.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow