Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U L-INVESTIMENT

pr0988
Date Icon 02/05/2012

Il-Gvern ried li jkun hemm trasparenza sħiħa dwar il-każ tal-Mercaptan, u kien għalhekk li l-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech kien ordna inkjesta indipendenti skont l-Att dwar l-Inkjesti (Kap. 273) minn Bord appuntat għal dan l-għan. L-istess Ministru poġġa dan ir-rapport fuq il-mejda tal-Parlament nhar it-Tnejn 30 ta' April 2012.

Il-fatti deskritti jirrelataw ma’ avvenimenti li ġraw fl-2009, żmien li fih il-Ministru Fenech ma kellux responsabbiltà tal-Enemalta. Madankollu, ir-rapport juri biċ-ċar li anke l-Ministru responsabbli dak iż-żmien ma kienx infurmat b’dak li kien seħħ.

Dwar il-Mistoqsija Parlamentari li qed jirreferi għaliha l-Onor. Mizzi, it-tweġiba li l-Ministru ta lill-Parlament kienet hekk kif proposta minn żewġ uffiċjali għolja tal-Korporazzjoni Enemalta, li llum m’għadhomx parti mill-Management tal-istess kumpanija. Il-Ministru kien diġà informa u apoloġizza lill-Parlament tal-informazzjoni inkoretta mogħtija u kien proprju għalhekk li appunta Bord biex iwettaq inkjesta ddettaljata dwar dak li kien seħħ.

Aktar minn hekk, il-Ministeru kien talab ukoll lill-Management tal-Korporazzjoni biex jieħu numru ta’ miżuri biex jassiguraw li tali aġir ma jirrepetix ruħu. Dawn il-miżuri huma deskritti fl-ittra li l-Bord tal-Korporazzjoni bagħat lill-Ministru Fenech b'referenza għar-rapport tal-Bord tal-Inkjesta, u li tpoġġiet ukoll fuq il-mejda tal-Parlament nhar it-Tnejn 30 ta' April 2012.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow