Left arrow Go Back

IL-MINISTERU TAL-AFFARIJIET BARRANIN MIFTUĦ GĦALL-PUBBLIKU - EJJA ŻURNA

pr0984
Date Icon 02/05/2012

Matul il-ġranet tal-Ġimgħa u s-Sibt, il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin se jkun miftuħ għall- pubbliku. L-uffiċjali tal-Ministeru se jkunu qed jilqgħu lill-pubbliku ġenerali ġewwa Palazzo Parisio fi Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta fejn magħhom se jiddiskutu l-politika barranija ta’ pajjiżna. Il-pubbliku huwa mħeġġeġ li jattendi u jsemma’ leħnu kif ukoll jaqsam l-ideat tiegħu mal-uffiċjali tal-Ministeru.

Il-ħinijiet tal-ftuħ huma l-Ġimgħa 4 ta’ Mejju mid-9am sal-5pm u s-Sibt 5 ta’ Mejju mid-9am sas-1pm. Se jitqassam materjal informattiv dwar il-ħidma tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin.

Matul din il-leġiżlatura, il-Gvern Malti ffirma iktar minn 170 ftehim bilaterali filwaqt li l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin permezz tal-Ambaxxati Maltin madwar id-dinja għin f’iktar minn 17,000 każ ta’ għajnuna mitluba minn ċittadini Maltin. Dan l-avveniment tal-Ġimgħa u s-Sibt huwa intiż li jispjega iktar x’servizzi u ħidma joffri dan il-Ministeru.

Il-Ġimgħa fit-7:45pm se jittella’ kunċert mużikali b’tifkira tal-President Emeritus Dr Ċensu Tabone fi Triq il-Merkanti, quddiem il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Dan il-kunċert huwa miftuħ għall-pubbliku u bla ħlas.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow