Left arrow Go Back

DISKORS TAL-ONOR. JOE CASSAR, MINISTRU GĦAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ, WAQT KONFERENZA ORGANIZZATA MIS-SOĊJETA AŻŻMATIĊI MALTIN FL-OKKAŻJONI TAL-JUM DINJI DWAR L-AŻŻMA - FLORIANA – 2 TA’ MEJJU 2012

pr0978
Date Icon 02/05/2012

Bħala Ministru għas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunità, jiena kburi li qegħdin hawn biex jirrikonoxxu l-Jum Dinji dwar l-Ażżma 2012. L-Inizjattiva Globali għall-Ażżma (GINA), fi sħubija ma’ gruppi tal-kura tas-saħħa u l-edukaturi fl-ażżma fid-dinja kollha, torganizza Jum Dinji Ażżma kull sena biex titqajjem kuxjenza dwar l-ażżma u biex titjieb il-kura għal dawk li jgħixu b'din il-kundizzjoni.


L-ażżma hija kundizzjoni kronika u hija l-aktar marda kronika l-aktar komuni fost it-tfal. Sintomi jinkludu sogħla, qtugħ ta' nifs, tagħfis fis-sider u tħarħir. Il-Gvern Malti jifhem l-effetti tal-ażżma fuq l-ekonomija tagħna u fuq is-sistema tal-kura tas-saħħa tagħna, biex ma nsemmux l-impatt fuq il-persuna nnifisha li tbati mill-ażżma u dawk li jieħdu ħsiebhom.


Jien nisħaq. Liema investiment aħjar nistgħu nagħmlu fis-saħħa tal-popolazzjoni tagħna u l-ġid soċjali, milli jtejjeb b'mod sinifikanti l-isforzi ta’ prevenzjoni, trattament u rispons għall-ażżma. B'hekk, inkunu nnaqqsu l-piż ta’ dan il-mard partikolarment fost it-tfal.


Huwa, ovvjament, magħruf li hemm rabta rikonoxxuta bejn l-ażżma u t-tipjip, speċjalment it-tipjip waqt it-tqala. Id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-mard jorganizza diversi inizjattivi biex titqajjem kuxjenza dwar l-effetti tal-ħsara tat-tabakk bi isforz biex jinkoraġġixxu lil min ipejjep biex nieqaf u oħrajn li ma jibdewx it-tipjip. Kampanja partikolari ffukat fuq nisa żgħażagħ. Noffru wkoll pariri individwali u noffru servizz  ta’ Quitline għal pariri. Isiru wkoll klassijiet għall-waqfien mit-tipjip. Is-sena l-oħra saru total ta’ 16-il klassi fil-komunità għall- waqfien mit-tipjip li involvew 538 parteċipant.

Flimkien ma’ dawn, saru inizjattivi varji oħra fuq it-tabakk inkluża l-inizjattiva tal-kontroll tat- tipjip fl-Isptar Mater Dei. Minn din is-sena l-ebda tipjip huwa permess fil-perimetri ta’ Mater Dei. Qed tiġi pprovduta assistenza għal staff li jaħdmu f’Mater Dei li għadhom ipejpu biex jieqfu. Dan is-servizz huwa pprovdut mingħajr ħlas, fuq il-post tax-xogħol u matul il-ħinijiet tax-xogħol. Barra dan insemmi l-isforzi kontinwi mill-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali u l-Pulizija biex jinfurzaw il-projbizzjoni tat-tipjip f'postijiet pubbliċi.

Bosta partijiet interessati qed jagħmlu l-isforzi kollha biex jitnaqqsu l-effetti ta’ tniġġis ambjentali oħra kemm ġewwa u barra.

L-ażżma hija kundizzjoni li ma tistax tfieq minnha iżda tista’ tiġi kkontrollata. Il-Ministeru tagħna joffri l-appoġġ kollu għal kull pazjent li jsofri mill-ażżma ta’ kull età. Il-kura medika huwa offruta b’xejn kemm fuq livell ta’ kura primarja u kif wkoll fl-Isptar Mater Dei kif meħtieġ. It-trattament tal-ażżma huwa offrut mingħajr ħlas għal kull ażżmatiku bħala parti mill-Skeda V. Din is-sena kien hemm zieda ta’ tliet mediċini ġodda fuq Skeda V għall-ażżma. Sabiex jiġi evitat sptar relatati mal-ażżma, kulħadd jeħtieġ li jagħmel il-parti tiegħu. Parir mediku tajjeb u medikazzjoni xierqa, flimkien ma’ edukazzjoni dwar l-ażżma awto-ġestjoni jistgħu jnaqqsu b'mod sinifikanti l-ammissjonijiet fl-isptar.


Dan il-forum jiġbor flimkien il-professjonisti tas-saħħa, policy makers, politikanti u l-pazjenti biex tindirizza l-isfida tal-ażżma fil-pajjiż tagħna. Hawn nixtieq infaħħar lis-Soċjetà Ażżmatiċi Maltin li  ġiet imwaqqfa fl-2004. L-għan ta’ din is-socjetà huwa li tqajjem kuxjenza dwar il-kundizzjoni tal-ażżma u li llum għandha madwar 200 membru. Is-socjetà torganizza laqgħat informattivi għall-membri tagħha darba kull 3 jew 4 xhur. Dawn il-laqgħat isiru l-Mater Dei u jigu organizzati laqgħat simili ġewwa Ghawdex ukoll. Dawn il-laqgħat isiru bla ħlas u l-kelliema jkunu tobba u speċjalisti tal-mard respiratorju. Is-socjetà ġieli organizzat ukoll taħdidiet ġewwa l-iskejjel.

Jiena impenjat bis-sħiħ biex nagħmel dak kollu li nista’ biex nistgħu nindirizzaw il-kawżi ta' mard, u nappoġġja s-soluzzjonijiet. Nixtieq lilkom ilkoll konferenza produttiva u stimulanti u nirringrazzja lilkom kollha li taħdmu mill-qalb.

Grazzi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow