LAQGHA STRAORDINARJA TAL-ECOFIN FI BRUSSELL
pr0972
01/05/2012
Il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech, ħalla Malta għal Brussell, fejn għada se jipparteċipa għal-laqgħa straordinarja tal-Kunsill tal-Ministri tal-Affarijiet Ekonomiċi u l-Finanzi tal-Unjoni Ewropea (ECOFIN).
Waqt din il-laqgħa se ssir diskussjoni dwar il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal direttiva dwar ir-regoli marbuta mar-rekwiżiti ta’ kapital għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u kumpaniji ta’ investiment.
Se jsir ukoll follow-up tal-laqgħa tal-Ministri tal-Finanzi tal-G20 u tal-Laqgħa tar-Rebbiegħa tal-Fond Monetarju Internazzjonali li saru f’Washington f’April li għadda.
Stqarrijiet Oħra:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017