SUĊĊESS IEĦOR FIL-ĠLIEDA KONTRA D-DROGA
pr0971
01/05/2012
Il-Ministru Intern u Affarijiet Parlamentari, Carm Mifsud Bonnici jikkongratula lill-Korp tal-Pulizija għall-akbar qabda ta’ droga kokaina li qatt twettqet f’Malta l-bieraħ fil-Malta Freeport minn membri tal-Korp u d-Dipartiment tad-Dwana ta’ Malta.
“Hemm ħafna ħidma tajba li ssir kontinwament mill-membri tad-diversi taqsimiet tal-Korp, anke b’ħidma mill-qrib ma forzi tal-ordni barranin, li mhux dejjem tiġi għal għajn il-pubbliku. Però hija din il-ħidma li twassal għal riżultati bħal dak li rajna l-bieraħ. Nirringrazzja għalhekk lill-membri tal-Korp ta’ dan is-suċċess li jkompli jsaħħaħ ir-riżolutezza tal-Korp tal-Pulizija fil-ħidma kostanti tiegħu kontra t-traffikar tad-droga u d-delinkwenza kriminali,” qal il-Ministru.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017